Glossarju

Sib it-termini kollha:
Agħżel ittra:
A (1) | D (1) | E (6) | F (1) | I (2) | K (2) | L (1) | M (2) | P (3) | R (5) | S (3) | T (2) | X (3)
  • Periklu okkupazzjonali

    Periklu okkupazzjonali huwa sors, sitwazzjoni, jew azzjoni li joħloq possibbiltà ta' ħsara f'termini ta' korriment ta' bniedem jew mard, jew kombinazzjoni ta' dawn. (Sors)

    huwa sors, sitwazzjoni, jew azzjoni li joħloq possibbiltà ta' ħsara f'termini ta' korriment ta' bniedem jew mard, jew kombinazzjoni ta' dawn. (Sors)
  • Postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

    Il-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol hija l-isforzi kkombinati ta’ min iħaddem, l-impjegati u s-soċjetà biex itejbu s-saħħa u l-benesseri tan-nies fuq il-post tax-xogħol. Din tista' tinkiseb permezz ta' kombinazzjoni ta' (1) titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol; (2) il-promozzjoni ta' parteċipazzjoni attiva; u (3) l-inkoraġġiment tal-iżvilupp personali. (Sors)

  • PPE

    PPE, li tfisser Tagħmir ta' Protezzjoni Personali, tfisser it-tagħmir kollu ppjanat biex jintlibes jew jinżamm mill-ħaddiem (ilbies, elmi, goggles) biex jipproteġuh minn periklu wieħed jew aktar minn wieħed li x'aktarx jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassal biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-perikli indirizzati mit-tagħmir protettiv jinkludu periklu fiżiku, elettriku, sħana, sustanzi kimiċi, bijoloġiċi kif ukoll materjal partikolat li jinġarr fl-arja. Il-PPE jrid jintuża meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew imnaqqsa biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew proċeduri tal-organizzazzjoni tax-xogħol. (Sors)

    , li tfisser Tagħmir ta' Protezzjoni Personali, tfisser it-tagħmir kollu ppjanat biex jintlibes jew jinżamm mill-ħaddiem (ilbies, elmi, goggles) biex jipproteġuh minn periklu wieħed jew aktar minn wieħed li x'aktarx jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassal biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-perikli indirizzati mit-tagħmir protettiv jinkludu periklu fiżiku, elettriku, sħana, sustanzi kimiċi, bijoloġiċi kif ukoll materjal partikolat li jinġarr fl-arja. Il-

    PPE, li tfisser Tagħmir ta' Protezzjoni Personali, tfisser it-tagħmir kollu ppjanat biex jintlibes jew jinżamm mill-ħaddiem (ilbies, elmi, goggles) biex jipproteġuh minn periklu wieħed jew aktar minn wieħed li x'aktarx jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassal biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-perikli indirizzati mit-tagħmir protettiv jinkludu periklu fiżiku, elettriku, sħana, sustanzi kimiċi, bijoloġiċi kif ukoll materjal partikolat li jinġarr fl-arja. Il-PPE jrid jintuża meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew imnaqqsa biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew proċeduri tal-organizzazzjoni tax-xogħol. (Sors)

    jrid jintuża meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew imnaqqsa biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew proċeduri tal-organizzazzjoni tax-xogħol. (Sors)