X'inhi l-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol?

HR Manager

3: Postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

X'inhi l-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol?

Min iħaddem għandhom doveri legali varji b'relazzjoni mal-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà (ara tema 2). Il-promozzjoni tas-saħħa tikkumplimenta dawn ir-rekwiżiti legali, u tiffoka fuq għadd ta' fatturi li mhumiex neċessarjament koperti mil-leġiżlazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali.

In-Netwerk Ewropew għall-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol iddefinixxa l-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol bħala l-isforzi kkombinati ta’ min iħaddem , l-impjegati u s-soċjetà biex itejbu s-saħħa u l-benesseri tan-nies fuq il-post tax-xogħol. Dan iqiegħed enfasi partikolari fuq it-titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol, żieda ta' parteċipazzjoni tal-ħaddiema fl-iffurmar tal-ambjent tax-xogħol, u inkoraġġiment tal-ħiliet personali u l-iżvilupp professjonali. 

B'mod ġenerali, il-promozzjoni:

  • Edukazzjoni u taħriġ dwar is-saħħa;
  • Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (netwerk soċjali, benesseri tal-familja, kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar lejn u mix-xogħol);
  • L-istress u l-benesseri mentali; u
  • Stil ta' ħajja (nutrizzjoni, attività fiżika, tabakk u alkoħol).

Ir-rwol tar-Riżorsi Umani 

Ir-Riżorsi Umani għandhom rwol importanti biex jappoġġjaw lill-maniġment ħalli jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi għall-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol. 

Il-benefiċċji tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (It-taqsima li jmiss)