Il-benefiċċji ta' postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

HR Manager

3: Postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

Il-benefiċċji ta' postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

Meta jinħoloq ambjent li jwassal għas-saħħa u li jtejjeb l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema biex jimmaniġġjaw is-saħħa tagħhom stess, dan ikun ta' benefiċċju għall-ħaddiema kif ukoll għall-post tax-xogħol. Jista' jwassal għal bidliet pożittivi li jappoġġjaw is-suċċess ġenerali ta' organizzazzjoni, bħal:   

  • Titjib fis-saħħa u l-benesseri;
  • Tnaqqis fl-assenteiżmu u l-moviment tal-istaff;
  • Inqas spejjeż tal-kura tas-saħħa u l-assigurazzjoni;
  • Relazzjonijiet aħjar fuq ix-xogħol;
  • Titjib fil-moral tal-istaff u atmosfera aħjar fuq ix-xogħol;
  • Produttività ogħla u titjib fil-prestazzjoni organizzazzjonali; u
  • Immaġni ġenerali aħjar tal-organizzazzjoni.

Il-benefiċċji tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-posta tax-xogħol għall-ħaddiema jinkludu: 

  • Titjib fis-saħħa u l-benesseri;
  • Żieda fis-sodisfazzjon mill-impjieg;
  • Inqas stress u titjib il-ħiliet tal-immaniġġjar tal-istress; u
  • Aktar kuxjenza dwar is-saħħa u ħiliet aħjar għall-protezzjoni tas-saħħa.

Fit-taqsima li jmiss tista' taqra aktar dwar il-fatturi ta' suċċess ta' programmi tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol.