Il-benefiċċji ta' postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa
Meta jinħoloq ambjent li jwassal għas-saħħa u li jtejjeb l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema biex jimmaniġġjaw is-saħħa tagħhom stess, dan ikun ta' benefiċċju għall-ħaddiema kif ukoll għall-post tax-xogħol. Jista' jwassal għal bidliet pożittivi li jagħtu daqqa t’id sew fis-suċċess ġenerali ta' organizzazzjoni, bħal:
- Titjib fis-saħħa u l-benesseri;
- Tnaqqis fl-assenteiżmu u l-moviment tal-ħaddiema;
- Inqas spejjeż marbuta ma’ assigurazzjoni u kura tas-saħħa;
- Relazzjonijiet aħjar fuq ix-xogħol;
- Titjib fil-moral tal-ħaddiema u atmosfera aħjar fuq ix-xogħol;
- Produttività ogħla u titjib fil-prestazzjoni organizzazzjonali; u
- Immaġni ġenerali aħjar tal-organizzazzjoni.
F'din il-paġna R(modulu tar-Riżorsi Umani) tista' taqra aktar dwar il-fatturi ta' suċċess ta' programmi tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol.
Hawn tista' ssib xi eżempji ta' programmi tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li ġew żviluppati u implimentati minn organizzazzjonijiet differenti.