X'nista' nagħmel biex nikber fl-età b'mod li nibqa' f'saħħti?

Worker

3: Postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

X'nista' nagħmel biex nikber fl-età b'mod li nibqa' f'saħħti?

L-importanza ta' stil ta' ħajja san

Xi fatturi, bħall-wirt ġenetiku tiegħek, iħallu impatt fuq saħħtek b'mod li int ma tistax tinfluwenza. Kwistjonijiet oħra, bħal abitudnijiet tal-ikel u l-attività fiżika, madankollu, huma għażla li tagħmel kuljum. 

Ara xi eżempji ta' għażliet ta' stil ta' ħajja li jinfluwenzaw is-saħħa: 

  • L-eżerċizzju jgħin jikkontrolla l-piż tal-ġisem, ibaxxi l-pressjoni tad-demm u jsaħħaħ il-muskoli, u dan jgħin biex tevita korrimenti;
  • L-attività fiżika ġiet marbuta wkoll ma' riskju aktar baxx tad-demenzja; u
  • Persuni li jorqdu s-seba' sa disa' sigħat rakkomandati kuljum huma aktar f'saħħithom, f'kundizzjoni fiżika aħjar, u inqas probabbli li jbatu b'obeżità jew problemi oħra tas-saħħa minn dawk li ma jorqdux sew.

Il Harvard Study of Adult Development li huwa l-itwal u l-aktar eżami komprensiv tal-anzjanità li qatt sar, sab li l-fatturi li ġejjin huma l-aktar previdibbli biex tikber sew fl-età: 

  • Billi tevita s-sigaretti;
  • Ħiliet tajbin kif taġġusta jew tkampa;
  • Billi żżomm piż san;
  • Billi tagħmel eżerċizzji regolarment;
  • Billi tmantni relazzjonijiet soċjali sodi; u
  • Tkompli bl-edukazzjoni. 

Xi ħjiel  għal anzjanità sana 

Fatturi li jinkludu dieta sana u bilanċata, li tiżgura li tagħmel attività fiżika regolari, u li tiżgura tendenza tal-irqad regolari, mhux biss jgħollulek il-livell ta’ saħħtek iżda wkoll għandhom konsegwenzi pożittivi għall-ħajja tax-xogħol tiegħek. 

Xi ħjiel għal għażliet ta' stil ta' ħajja san jinkludu: 

  • Fil-każ li għandek impjieg esiġenti ħafna fiżikament u int regolarment inolvut, pereżempju, f'irfigħ tqil, imbottar jew tqandil, xorta jkollok l-istess benefiċċji minn attività fiżika waqt il-ħin liberu bħal dawk il-persuni li jagħmlu Xogħol sedentarju jirreferi għal impjiegi li huma karatterizzati minn moviment minimu u użu baxx tal-enerġija. Ħaddiem li jaħdem xogħol sedentarju hu mitlub minnu li joqgħod bilqiegħda għall-perjodu twil ta' ħin. .  
  • Jekk teħtieġ tpoġġi fuq skrivanija għal bosta sigħat kuljum, ipprova qum bilwieqfa kull 20 minuta u imxi naqra. Dan itejjeb is-sistema immunitarja tiegħek. ibaxxi r-riskju li jkollok piż żejjed u jħallik timmaniġġja l-istress aħjar. 
  • Ħu waqfa xierqa għall-ikel f'nofsinhar: itlaq mix-xogħol, serraħ moħħok, u gawdi ikla sana.  Meta titlaq mill-iskrivanija/stazzjon tax-xogħol tiegħek u timxi ftit, tkun qed tgħin biex tipprevjeni l-bidu ta'

    Mard muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol jirreferi għal problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-muskoli, l-għeruq, il-ligamenti, il-cartilaġni, is-sistema vaskolari, in-nervituri jew tessuti rotob u ġogi oħra tas-sistema muskoloskeletali. MSDs relatati max-xogħol huma assoċjati ma' xogħol ripetittiv u ta' strapazz. Dawn il-problemi tas-saħħa jvarjaw minn skumdità u uġigħ minuri, għal kundizzjonijiet mediċi serji li jistgħu jwasslu għal diżabbiltà permanenti. (Sors)

    (mill-qgħad bilqiegħda għal ħin twil/qagħda ħażina).