X'inhu l-immaniġjar tal-età?

HR Manager

2: Postijiet tax-xogħol sani għall-etajiet kollha

X'inhu l-immaniġjar tal-età?

L-immaniġjar tal-età tirreferi għad-dimensjonijiet differenti li jippermettu mmaniġjar tar-riżorsi umani fi ħdan organizzazzjonijiet. Dan iseħħ billi jiffukaw direttament  fuq l-anzjanità. Barra dan, b'mod aktar ġenerali, jenfasizzaw fuq il-ġestjoni globali tal-forza tax-xogħol li qed tixjiħ permezz ta' politika pubblika jew negozjar kollettiv. (Sors)

Prinċipji essenzjali fl-immaniġjar tal-età jinkludu:  

  • Enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli soluzzjoni għal problema bħala reazzjoni;
  • Fokus fuq il-ħajja tax-xogħol sħiħa u l-gruppi tal-età kollha, mhux biss ħaddiema aktar anzjani; u
  • Approċċ ħolistiku li jiġbor fih id-dimensjonijiet kollha li jikkontribwixxu għall-immaniġjar effettiv tal-età. 

(Sors)

tirreferi għall-immaniġjar tar-riżorsi umani b’enfasi partikolari fuq il-bżonnijiet ta' suq tax-xogħol li qed jikber fl-età.

L-immaniġjar tal-età tirreferi għad-dimensjonijiet differenti li jippermettu mmaniġjar tar-riżorsi umani fi ħdan organizzazzjonijiet. Dan iseħħ billi jiffukaw direttament  fuq l-anzjanità. Barra dan, b'mod aktar ġenerali, jenfasizzaw fuq il-ġestjoni globali tal-forza tax-xogħol li qed tixjiħ permezz ta' politika pubblika jew negozjar kollettiv. (Sors)

Prinċipji essenzjali fl-immaniġjar tal-età jinkludu:  

  • Enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli soluzzjoni għal problema bħala reazzjoni;
  • Fokus fuq il-ħajja tax-xogħol sħiħa u l-gruppi tal-età kollha, mhux biss ħaddiema aktar anzjani; u
  • Approċċ ħolistiku li jiġbor fih id-dimensjonijiet kollha li jikkontribwixxu għall-immaniġjar effettiv tal-età. 

(Sors)

huwa ħolisitiku, interġenerazzjonali u orjentat għal tul il-ħajja.

Il-benefiċċji tal-immaniġjar tal-età

Immaniġjar proattiv ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol b'etajiet diversi hija tajba kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-organizzazzjonijiet. Il-benefiċċji tal-immaniġjar tal-età għall-ħaddiema jinkludu:

  • Motivazzjoni aħjar;
  • Sodisfazzjon akbar tal-impjieg;
  • Bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
  • Prestazzjoni miżjuda tal-gruppi tal-etajiet kollha; u
  • Żamma tal-

    Il-kapaċità għax-xogħol tista' tiġi deskritta bħala l-bilanċ bejn ir-riżorsi tal-individwu u fatturi relatati max-xogħol. Il-kapaċità għax-xogħol hija wkoll influwenzata mill-ambjent barra mix-xogħol. Ir-riżorsi personali jinkludi l-elementi li ġejjin: (1) kapaċitajiet tas-saħħa u funzjonali; (2) kompetenzi u ħiliet; (3) valuri, attitudnijiet u motivazzjoni. Il-fatturi relatati max-xogħol jinkludu l-kontenut tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u tmexxija. (Sors)

    u l-

    L-impjegabbiltà tista' tiġi ddefinita bħala "l-kwalità li persuna tista' tiġi impjegata" jew il-"kombinazzjoni ta' fatturi li jippermettu l-aċċess għax-xogħol, il-kapaċità li dan jinżamm u li persuna tipprogredixxi fil-karriera tagħha".

    matul il-karriera sħiħa. 

Il-benefiċċji u l-opportunitajiet li

L-immaniġjar tal-età tirreferi għad-dimensjonijiet differenti li jippermettu mmaniġjar tar-riżorsi umani fi ħdan organizzazzjonijiet. Dan iseħħ billi jiffukaw direttament  fuq l-anzjanità. Barra dan, b'mod aktar ġenerali, jenfasizzaw fuq il-ġestjoni globali tal-forza tax-xogħol li qed tixjiħ permezz ta' politika pubblika jew negozjar kollettiv. (Sors)

Prinċipji essenzjali fl-immaniġjar tal-età jinkludu:  

  • Enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli soluzzjoni għal problema bħala reazzjoni;
  • Fokus fuq il-ħajja tax-xogħol sħiħa u l-gruppi tal-età kollha, mhux biss ħaddiema aktar anzjani; u
  • Approċċ ħolistiku li jiġbor fih id-dimensjonijiet kollha li jikkontribwixxu għall-immaniġjar effettiv tal-età. 

(Sors)

toffri lill-organizzazzjonijiet huma:  
  • Li tagħmel fiċ-ċert li jkollok provvista ta' ħaddiema u antiċipazzjoni ta' nuqqas ta' ħiliet/talenti;
  • Li tevita t-telf għali ta' ħiliet u esperjenzi;
  • Tnaqqis fil-moviment tal-ħaddiema u spejjeż imnaqqsin għar-reklutaġġ;
  • Immaniġjar pożittiv ta' suċċessjoni meta individwi fil-fatt jirtiraw; u
  • Li jittieħed vantaġġ sħiħ tal-ħiliet u t-talenti tal-gruppi ta' etajiet differenti, inkluż l-infiltrar fin-netwerks, il-kompetenza esperta u l-esperjenzi ta' ħaddiema maturi. 

Elementi tal-immaniġjar tal-età

Il-figura li ġejja tippreżenta l-elementi differenti tal-immaniġjar tal-età. Hawn taħt tista' ssib deskrizzjonijiet qosra għal kull wieħed mill-elementi kif ukoll links għal informazzjoni addizzjonali.

  • Reklutaġġ: Proċessi tar-reklutaġġ li jiffokaw fuq il-ħiliet u l-esperjenza, jevitaw id-diskriminazzjoni marbuta mal-età, u jippromwovu d-diversità tal-etajiet, jwasslu għal ħafna benefiċċji għall-organizzazzjonijiet. Aqra aktar.
  • Trasferiment tal-għarfien, taħriġ u

    It-tagħlim tul il-ħajja jikkonċerna l-attivitajiet tat-tagħlim kollha mwettqa tul il-ħajja, bil-għan li jittejbu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi.  Huwa kunċett wiesa' li jinvolvi l-edukazzjoni ta' individwu li hija flessibbli, diversa u disponibbli f'ħinijiet u postijiet differenti tul il-ħajja. It-Tagħlim Tul il-Ħajja jinkludi l-firxa sħiħa ta' tagħlim formali, mhux formali u informali. (Sors)

    :
    Ħaddiema ta' kull età għandhom ikollhom aċċess għat-taħriġ u għandhom ikunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest ta' prassi tax-xogħol li qed tinbidel u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda. Aqra aktar.
  • Żvilupp tal-karriera: L-iżvilupp tal-karriera għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-ħajja tax-xogħol sħiħa, tiġi aċċertata armonija bejn l-impjieg u l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tal-ħaddiem. Aqra aktar.
  • Prassi tal-ħin tax-

    Permezz tax-xogħol flessibbli, il-ħtiġijiet individwali u tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet fil-ħin (meta), il-lokalità (fejn) u l-manjiera (kif) ta' kif jaħdem impjegat. (Sors)

    :
    L-arranġamenti ta' ħin tax-

    Permezz tax-xogħol flessibbli, il-ħtiġijiet individwali u tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet fil-ħin (meta), il-lokalità (fejn) u l-manjiera (kif) ta' kif jaħdem impjegat. (Sors)

    jikkunsidraw il-ħtiġijiet differenti tal-gruppi ta' etajiet differenti u jgħinu biex itejbu l-bilanċ tax-xogħol u l-ħajja privata. Aqra aktar.
  • Promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol: Titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol, żieda ta' parteċipazzjoni attiva tal-ħaddiema, u inkoraġġiment tal-ħiliet personali u l-iżvilupp professjonali. Aqra aktar.
  • Immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali: Tagħmel fiż-żgur li hemm sistema ta’ saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tal-etajiet kollha permezz tal-implimentazzjoni ta' evalwazzjonijiet tar-riskji sensittivi għall-età u l-adattament tal-post tax-xogħol. Aqra aktar.
  • Rotazzjoni tal-impjiegi u riallokazzjoni: Tekniki ta' tfassil ta' impjiegi fejn il-ħaddiema jitmexxew bejn żewġ impjiegi jew aktar b'mod ippjanat f'intervalli regolari. Aqra aktar.
  • Ħruġ mill-impjieg u t-tranżizzjoni għall-irtirar: L-appoġġ għall-ħaddiema aktar anzjani fl-ippjanar tal-irtirar. Aqra aktar.

Il-fehim tal-istruttura tal-età tas-suq tax-xogħol

L-organizzazzjonijiet jistgħu jimmonitorjaw l-istruttura tal-età tal-istaff tagħhom billi jwettqu analiżi tal-istruttura tal-età jew

It-tfassil tal-profil tal-età (jew: analiżi tal-istruttura tal-età) jintuża biex janalizza l-istruttura tal-età ta' organizzazzjoni fil-preżent u fil-ġejjieni. Ir-riżultati jridu jiġu interpretati b'relazzjoni max-xogħol u l-esiġenzi tiegħu kif ukoll il-politika tar-RU u l-ippjanar fl-organizzazzjoni. (Sors)

. L-għan tal-analiżi tal-istruttura tal-età huwa biex jiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-età attwali tal-istaff bħala bażi għall-implimentazzjoni ta' miżuri tal-policy tar-riżorsi umani futuri. Dawn il-miżuri huma mfassla biex tiġi żgurata struttura tal-età bilanċjata sew u jmantnu l-

Il-kapaċità għax-xogħol tista' tiġi deskritta bħala l-bilanċ bejn ir-riżorsi tal-individwu u fatturi relatati max-xogħol. Il-kapaċità għax-xogħol hija wkoll influwenzata mill-ambjent barra mix-xogħol. Ir-riżorsi personali jinkludi l-elementi li ġejjin: (1) kapaċitajiet tas-saħħa u funzjonali; (2) kompetenzi u ħiliet; (3) valuri, attitudnijiet u motivazzjoni. Il-fatturi relatati max-xogħol jinkludu l-kontenut tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u tmexxija. (Sors)

u l-

L-impjegabbiltà tista' tiġi ddefinita bħala "l-kwalità li persuna tista' tiġi impjegata" jew il-"kombinazzjoni ta' fatturi li jippermettu l-aċċess għax-xogħol, il-kapaċità li dan jinżamm u li persuna tipprogredixxi fil-karriera tagħha".

tal-ħaddiema fil-gruppi tal-etajiet kollha fuq żmien fit-tul, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-kumpanija. 

Ir-riżultati tal-analiżi jridu jiġu interpretati f'relazzjoni max-xogħol u l-esiġenzi tiegħu u f'relazzjoni mar-Riżorsi Umani u l-policies tas-saħħa u s-sigurtà tal-organizzazzjoni. L-analiżi tal-istruttura tal-età tgħin fl-ippjanar tar-reklutaġġ jew fl-ippjanar għas-suċċessjoni u t-trasferiment tal-għarfien.

Il-valutazzjoni tal-kompetenza hija għodda li tista' tidentifika d-distakki fil-ħiliet u l-kompetenzi ta' ħaddiema għall-immaniġġjar tal-prestazzjoni jew l-iżvilupp professjonali, u tipprovdi bażi għall-ippjanar ta' attivitajiet ta' taħriġ u żvilupp ta' ħiliet.

L-importanza tal-koperazzjoni

Metodu komprensiv għall-immaniġjar tal-età jeħtieġ koperazzjoni bejn il-partijiet interessati differenti, bħal servizzi tas-saħħa okkupazzjonali, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, u l-maniġment. B'mod partikolari, hija importanti l-koperazzjoni bejn is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali u l-immaniġjar tar-Riżorsi Umani, billi l-policies tar-Riżorsi Umani relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-ħin tax-xogħol u l-iżvilupp tal-karriera għandhom impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà, b'mod partikolari fuq l-aspett psikosoċjali tal-ambjent tax-xogħol. Aqra aktar (modulu tal-professjonista tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali) dwar l-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali bħala parti mill-ġestjoni tal-età. 

Strateġija Nazzjonali dwar l-Anzjanitá Attiva, mnedija mill-Gvern Malti fl-2013, applikabbli mill-2014 sal-2020, tipproponi ambjenti tax-xogħol li jassiguraw

L-impjegabbiltà tista' tiġi ddefinita bħala "l-kwalità li persuna tista' tiġi impjegata" jew il-"kombinazzjoni ta' fatturi li jippermettu l-aċċess għax-xogħol, il-kapaċità li dan jinżamm u li persuna tipprogredixxi fil-karriera tagħha".

għall-ħaddiema għal tul ħajjithom, aċċess ekwu għal taħriġ, sistemi ta’ taħriġ xierqa għal kull età, sistemi ta’ xogħol individwali u flessibbli, rosters ta’ xiftijiet li jagħtu kas l-età tal-ħaddiema involuti kif ukoll sapport okkupazzjonali minn maniġment informat kif suppost. L-iStrateġija tenfasizza li s-servizzi ta’ guidance li jeżistu għall-ħaddiema akbar fl-età għandhom tendenza li jkunu mfarrdin u sporadiċi. L-iStrateġija għall-Anzjanità Attiva, tidentifika wkoll li hemm vojt fejn jidħlu s-servizzi għall-persuni li l-età tagħhom taqbeż l-età ta’ rtirar statutorja li jixtiequ jerġgħu jirritornaw għax-xogħol jew inkella jimpjegaw ruħhom bħala self employed. Hemm ukoll mankanza ta’ tagħrif fejn għandu x’jaqsam tnaqqis ippjanat ta’ ħinijiet tax-xogħol, minflok tranżizzjoni netta minn ħaddiem attiv għal wieħed irtirat.