Xi tfisser l-immaniġjar tal-età?

OSH Professional

2: Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha

Xi tfisser l-immaniġjar tal-età?

Il-immaniġjar tal-età tirreferi għall-ġestjoni tar-riżorsi umani b'enfasi partikolari fuq ir-rekwiżit ta' suq tax-xogħol li qed jikber fl-età. L-immaniġjar tal-età hija ħolisitika, interġenerazzjonali u orjentata għal tul il-ħajja.

Elementi tal-immaniġjari tal-età

Il-figura li ġejja tippreżenta l-elementi differenti tal-immaniġjar tal-età. Hawn taħt tista' ssib deskrizzjonijiet qosra għal kull wieħed mill-elementi kif ukoll links għal informazzjoni addizzjonali.

  • Reklutaġġ: Proċessi tar-reklutaġġ li jiffokaw fuq il-ħiliet u l-esperjenza, jevitaw id-diskriminazzjoni minħabba l-età, u jippromwovu d-diversità tal-etajiet, jippreżentaw ħafna benefiċċji għall-organizzazzjonijiet. Aqra aktar (modulu tar-Riżorsi Umani)
  • Trasferiment tal-għarfien, taħriġ u

    It-tagħlim tul il-ħajja jikkonċerna l-attivitajiet tat-tagħlim kollha mwettqa tul il-ħajja, bil-għan li jittejbu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi.  Huwa kunċett wiesa' li jinvolvi l-edukazzjoni ta' individwu li hija flessibbli, diversa u disponibbli f'ħinijiet u postijiet differenti tul il-ħajja. It-Tagħlim Tul il-Ħajja jinkludi l-firxa sħiħa ta' tagħlim formali, mhux formali u informali. (Sors)

    : Ħaddiema ta' kull età għandhom ikollhom aċċess għat-taħriġ u għandhom ikunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest ta' prassi tax-xogħol li qed tinbidel u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda. Aqra aktar (modulu tar-Riżorsi Umani)
  • Żvilupp tal-karriera: L-iżvilupp tal-karriera għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-ħajja tax-xogħol sħiħa, sabiex jaċċerta taqbila bejn l-impjieg u l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tal-ħaddiem. Aqra aktar (modulu tar-Riżorsi Umani)
  • Prassi ta’ ħinijiet tax-

    Permezz tax-xogħol flessibbli, il-ħtiġijiet individwali u tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet fil-ħin (meta), il-lokalità (fejn) u l-manjiera (kif) ta' kif jaħdem impjegat. (Sors)

    :
    L-arranġamenti ta' ħinijiet tax-

    Permezz tax-xogħol flessibbli, il-ħtiġijiet individwali u tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet fil-ħin (meta), il-lokalità (fejn) u l-manjiera (kif) ta' kif jaħdem impjegat. (Sors)

    jikkunsidraw il-ħtiġijiet varji tal-gruppi b’etajiet differenti u jgħinu biex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Aqra aktar (modulu tar-Riżorsi Umani)
  • Promozzjoni tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol: Titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol, żieda ta' parteċipazzjoni attiva tal-ħaddiema, u inkoraġġiment tal-ħiliet personali u l-iżvilupp professjonali. Aqra aktar (it-tema li jmiss) 
  • L-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali: importanti li naċċertaw rwieħna  mis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tal-etajiet kollha permezz tal-implimentazzjoni ta' assessjar tar-riskji sensittivi għall-età u l-adattament tal-post tax-xogħol. Aqra aktar (it-taqsima li jmiss) 
  • Rotazzjoni tal-impjieg u riallokazzjoni: Tekniċi ta' tfassil ta' impjiegi fejn il-ħaddiema jitmexxew bejn żewġ impjiegi jew aktar b'mod ippjanat f'intervalli regolari. Aqra aktar (modulu tar-Riżorsi Umani)
  • Tluq mill-impjieg u t-tranżizzjoni għall-irtirar: L-appoġġ għal ħaddiema aktar anzjani fl-ippjanar tal-irtirar. Aqra aktar (modulu tar-Riżorsi Umani)

It-taqsima li jmiss tiffoka fuq il-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali bħala parti mill-immaniġjar tal-età, u tiddiskuti assessjar tar-riskji sensittivi għall-età u l-adattament tal-post tax-xogħol.