X'għandna bżonn inkunu nafu dwar l-anzjanità
Aspetti differenti tal-anzjanità
L-anzjanità huwa proċess kumpless u kontinwu li jibda mat-twelid u jintemm mal-mewt. Huwa proċess multidimensjonali ta' bidliet bijoloġiċi, psikoloġiċi u soċjali. L-età ta' persuna hija normalment definita fi snin u xhur ( L-età kronoloġika hija l-età ta' persuna mkejla b'unitajiet (normalment snin) mit-twelid sa' data speċifika. ), iżda hemm ukoll aspetti oħrajn tal-età:
Persuna li għandha 57 sena skont l- L-età kronoloġika hija l-età ta' persuna mkejla b'unitajiet (normalment snin) mit-twelid sa' data speċifika. tagħha, tista' tħossha ta' 50 sena ( L-età psikoloġika hija kemm persuna tħossha anzjana, kif taġixxi u ġġib ruħha. Hija suġġettiva u bbażata fuq il-valutazzjoni tal-persuna nnifisha. ), tkun f'kundizzjoni fiżika tajba bħal persuna ta' 45 sena ( L-età funzjonali tirreferi għal-livell ta’ kundizzjoni fiżika funzjonali ta' persuna, meta mqabbla ma' oħrajn tal-istess sess u età kronoloġika. ) u b'imġiba bħal persuna ta' 40 sena ( L-età soċjali tirrifletti l-aspettattivi kulturali u soċjali ta' kif persuni għandhom jaġixxu f'ċerta età. Hija stima tal-abbiltajiet tal-persuna f'sitwazzjonijiet soċjali f’relazzjoni mal-istandards normali. ).
Bidliet li jistgħu jseħħu bl-anzjanità
In-nies jinbidlu meta jkunu qed jixjieħu. Attributi bħall-għerf, il-ħsieb strateġiku u l-ħila ta' deliberazzjoni, jiżdiedu jew jidhru għall-ewwel darba bl-età. L-esperjenza tax-xogħol u l-kompetenza esperta jakkumulaw ukoll bl-età. Min-naħa l-oħra, xi kapaċitajiet funzjonali (l-aktar dawk fiżiċi u sensorji), jonqsu bħala riżultat tal-proċess naturali tal-anzjanità.
Il-bidliet relatati mal-età fil-kapaċitajiet funzjonali mhumiex uniformi billi huma effettwati minn fatturi varji, bħal:
- Espożizzjonijiet ambjentali, inkluż espożizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol;
- Predispożizzjoni ġenetika għall-mard;
- Stil ta' ħajja (nutrizzjoni, attività fiżika, tabakk u alkoħol);
- Livell edukattiv u status soċjoekonomiku; u
- Sess
Dan ifisser li jista' jkun hemm differenzi konsiderevoli fil-kapaċitajiet funzjonali bejn individwi tal-istess L-età kronoloġika hija l-età ta' persuna mkejla b'unitajiet (normalment snin) mit-twelid sa' data speċifika. .
Bidliet relatati mal-età u r-rilevanza tagħhom għax-xogħol
Bħala parti mill-proċess tal-anzjanità, iseħħu bidliet fil-kapaċità funzjonali (bħal tnaqqis fis-saħħa tal-muskoli, bidliet fil-vista jew traqqiq tal-ġilda), li jistgħu jkollhom impatt fuq ix-xogħol.
It-tema li jmiss tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il-bidliet relatati mal-età u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq ix-xogħol. Hawn issib ukoll ħarsa ġenerali tal-miżuri ta' kontroll li jistgħu jiġu implimentati biex jiġu eliminati jew imminimizzati r-riskji għal ħaddiema aktar anzjani, kif ukoll eżempji ta' prassi li jistgħu jgħinu lill-organizzazzjonijiet biex jindirizzaw il-bidliet relatati mal-età fuq il-post tax-xogħol.