Trasferiment tal-għarfien, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

HR Manager

2: Postijiet tax-xogħol sani għall-etajiet kollha

Trasferiment tal-għarfien, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

It-tagħlim tul il-ħajja jikkonċerna l-attivitajiet tat-tagħlim kollha mwettqa tul il-ħajja, bil-għan li jittejbu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi.  Huwa kunċett wiesa' li jinvolvi l-edukazzjoni ta' individwu li hija flessibbli, diversa u disponibbli f'ħinijiet u postijiet differenti tul il-ħajja. It-Tagħlim Tul il-Ħajja jinkludi l-firxa sħiħa ta' tagħlim formali, mhux formali u informali. (Sors)

, taħriġ u żvilupp ta' ħiliet

Illum il-ġurnata, l-organizzazzjonijiet jgħaddu minn bidliet rapidi fil-proċessi u l-prassi tax-xogħol, u sabiex jibqgħu fuq quddiem ta' dawn il-bidliet, huwa kruċjali li min iħaddem u l-ħaddiema jimpenjaw ruħhom għal taħriġ tul il-ħajja u li dan isir parti mill-prassi tax-xogħol ta' kuljum. 

It-

It-tagħlim tul il-ħajja jikkonċerna l-attivitajiet tat-tagħlim kollha mwettqa tul il-ħajja, bil-għan li jittejbu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi.  Huwa kunċett wiesa' li jinvolvi l-edukazzjoni ta' individwu li hija flessibbli, diversa u disponibbli f'ħinijiet u postijiet differenti tul il-ħajja. It-Tagħlim Tul il-Ħajja jinkludi l-firxa sħiħa ta' tagħlim formali, mhux formali u informali. (Sors)

huwa l-provvediment jew l-użu ta' opportunitajiet ta' tagħlim formali u informali tul il-ħajjiet tan-nies sabiex jitrawwem l-iżvilupp kontinwu u t-titjib tal-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għall-impjieg u s-sodisfazzjon personali. 

Fil-kuntest tal-ġestjoni tal-età, prassi tajba f'policies ta' taħriġ tfisser:  

  • Analiżi tal-ħtiġijiet tal-ħiliet tal-organizzazzjoni, fejn dawn jitqabblu mal-ħiliet u l-kwalifiki disponibbli u r-riżultati jintużaw għall-ippjanar;
  • Rabta tat-taħriġ mal-iżvilupp tal-karrieri u l-iżvilupp professjonali;
  • Tkun ċert li opportunitajiet għat-tagħlim u l-iżvilupp jiġu offruti tul il-ħajja tax-xogħol lill-gruppi tal-etajiet kollha;
  • Tneħħija ta' limiti tal-età għal opportunitajiet tat-taħriġ fl-organizzazzjoni stess;
  • Organizzazzjoni ta' xogħol li jwassal għal taħriġ u żvilupp;
  • Żamma ta' kapaċità għat-tagħlim u attitudnijiet pożittivi lejn it-tagħlim billi jiġi promoss żvilupp professjonali u l-offerta ta' opportunitajiet ta' taħriġ fil-ħajja tax-xogħol; u
  • Adattament ta' metodi u approċċi tat-taħriġ għal karatteristiċi u motivazzjonijiet speċifiċi tat-tagħlim ta' gruppi ta' etajiet differenti

Ħaddiema aktar anzjani sikwit għandhom esperjenzi, kompetenza esperta, u ħiliet li huma diffiċli biex jinkisbu u li jifformaw element importanti tar-riżorsi umani ta' organizzazzjoni. Madankollu, minkejja dan, ħaddiema aktar anzjani sikwit huma assoċjati ma' nuqqasijiet f'ħiliet u ħiliet li ma jintużawx aktar. Il-kwalifiki ta' ħaddiema aktar anzjani x'aktarx li jkunu skaduti, billi jkun għadda aktar żmien mill-edukazzjoni formali tagħhom. Għaldaqstant, l-aġġornament tal-ħiliet u l-iżvilupp isir aktar importanti biex il-ħiliet tagħhom ikunu jistgħu  jibqgħu jintużaw u jżommu l-

L-impjegabbiltà tista' tiġi ddefinita bħala "l-kwalità li persuna tista' tiġi impjegata" jew il-"kombinazzjoni ta' fatturi li jippermettu l-aċċess għax-xogħol, il-kapaċità li dan jinżamm u li persuna tipprogredixxi fil-karriera tagħha".

tagħhom. 

Xi ħjiel li għandek tikkunsidra meta torganizza taħriġ għall-ħaddiema aktar anzjani: 

  • Identifika nuqqasijiet fil-ħiliet u l-kompetenzi ta' (ħaddiema aktar anzjani) u fassal il-ħtiġijiet tat-taħriġ għal taħriġ (personalizzat), partikolarment fil-każ ta' bidliet fil-mod li jsir ix-xogħol u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda. 
  • Involvi ħaddiema aktar anzjani fl-organizzazzjoni tat-taħriġ tagħhom stess, biex tiżgura li jissodisfa l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tagħhom u jżid il-livell ta' impenn. Dan jiżgura wkoll li t-taħriġ jibni fuq l-għarfien tal-passat u huwa marbut mal-impjieg. 
  • Offri għażliet sabiex il-ħaddiema aktar anzjani jkunu jistgħu jitħarrġu fil-ħin tagħhom stess, jattendu lezzjonijiet, jew jagħmluh online mill-uffiċċju tagħhom.  
  • Ippermetti li l-ħaddiema jistgħu jagħmlu t-taħriġ bil-pass tagħhom stess u jużaw midja differenti. 
  • Ipprovdi ambjent tat-tagħlim li huwa adattat għall-proċess tat-tagħlim tal-udjenza. Għal ħaddiema aktar anzjani dan jista' jinvolvi ambjent tat-tagħlim mingħajr interruzzjonijiet u metodu li jirrifletti x-xogħol fil-ħajja reali tagħhom.  
  • Aċċerta li jkun hemm illuminazzjoni adegwata, akustika tajba u ambjent kalm.

Trasferiment tal-għarfien

It-trasferiment tal-għarfien bejn ġenerazzjonijiet u metodi għaż-żamma u l-immaniġġjar tal-għarfien qed isiru aktar u aktar importanti. Barra dan, meta l-ħaddiema aktar anzjani jkunu involuti fi programmi ta' mentoraġġ li matulhom jgħaddu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom lil kollega aktar żagħżugħ, b'dan iħossuhom li huma apprezzati u jikkontribwixxi biex iżid il-motivazzjoni fuq ix-xogħol.

Eżempji ta' programmi ta' trasferiment tal-għarfien jinkludu: 

  • Skemi ta' mentoring: jistgħu jkunu mod effettiv għall-promozzjoni tat-trasferiment interġenerazzjonali tal-għarfien u permezz tagħhom il-ħaddiema aktar anzjani jkunu jistgħu jappoġġjaw u jiżviluppaw apprendisti u ħaddiema ġodda. 
  • Trasferiment tal-għarfien lil ħaddiema ġodda: Meta tingaġġa ħaddiem ġdid sitt xhur qabel l-irtirar ta' ħaddiem aktar anzjan, dan jista' jipprovdi l-ħin biex jinbnew il-ħiliet u jiġu ttrasferiti ħiliet u għarfien utli. Ħaddiema li se jirtiraw jistgħu jaġixxu bħala superviżuri u konsulenti għal nies li se jidħlu f'pożizzjonijiet ġodda.