Tluq mill-impjieg u t-tranżizzjoni għall-irtirar

HR Manager

2: Postijiet tax-xogħol sani għall-etajiet kollha

Tluq mill-impjieg u t-tranżizzjoni għall-irtirar

It-tluq mix-xogħol u t-tranżizzjoni għall-irtirar huwa proċess individwali, li ma jseħħx fl-istess età għal kulħadd, u lanqas ma jseħħ fl-istess ċirkostanzi. Ħafna nies jaħdmu part-time bħala pass temporanju qabel l-irtirar u xi wħud jibqgħu jaħdmu wara li jilħqu l-età tal-irtirar tagħhom. 

Irrispettivament mid-direzzjoni li individwu jiddeċiedi li jieħu, jew li huwa sfurzat biex isegwi, l-ippjanar għall-irtirar għandu jagħmel parti mill-pjan ġenerali tal-iżvilupp tal-karriera u l-ħaddiema għandhom jiġu mħeġġa biex jibdew jippjanaw qabel id-data antiċipata tal-irtirar.  

L-organizzazzjonijiet jistgħu jgħinu lill-ħaddiema aktar anzjani fit-tranżizzjoni tagħhom għall-irtirar b'modi diversi:  

  • Jinħoloq ambjent ta' fiduċja fejn il-ħaddiema jħossu li jistgħu jitkellmu liberament u onestament dwar il-pjanijiet tagħhom għall-irtirar;
  • Jippermettu lill-persunal biex jieħdu passi gradwali fit-tranżizzjoni tagħhom għall-irtirar: pereż. sigħat tax-xogħol imnaqqsa, permess għal arranġamenti flessibbli tal-ħinijiet tax-xogħol; u
  • Jaċċertaw li l-ħaddiema jafu fejn jistgħu jfittxu appoġġ u konsulenza matul it-tranżizzjoni tagħhom għall-irtirar.