---> Sistemi kardjovaskulari u respiratorji
- Partikolarment rilevanti għal impjiegi b'tagħbija għoljata’ xogħol fiżiku.
- Ħaddiema aktar anzjani jistgħu jkunu qed jaħdmu aktar qrib il-livelli massimi tagħhom stess u dan iwassal għal għeja.
Kif tindirizza bidliet permezz tal-immaniġjar tas-sigurtà u s-saħħa:
- Provvediment ta' tagħmir biex jitnaqqas ix-xogħol fiżiku tqil
- Introduzzjoni ta' brejks qosra frekwenti
- Jiġi permess xogħol fejn il-ħaddiem jaħdem bil-pass tiegħu stess
- Jiġi aċċertat ħin biżżejjed għall-irkupru
- Jiġi aċċertat li jsiru visti tas-saħħa regolari
- Tolleranza mnaqqsa għal sħana u kesħa estrema
- Diffikultajiet fl-aġġustament għal differenzi fit-temperatura
- Ċansijiet akbar ta’ ipotermja u xemxati
- Naqqas kemm jista' jkun possibbli l-espożizzjoni għall-estremitajiet fit-temperatura.
- Evita xogħol ta' strapazz f'ambjenti sħan, umdi u kesħin.
- Aċċerta li jkun hemm aċċess għal żoni aktar friski/sħan meta x-xogħol ikun qed jitwettaq f'ambjenti sħan/kesħin.
- Ipprovdi xarbiet suffiċjenti biex ma tippermettix d-deidratazzjoni.
- Jiġi permess xogħol fejn il-ħaddiem jaħdem bil-pass tiegħu stess f'temperaturi estremi.
- Aċċerta li l-
PPE, li tfisser Tagħmir ta' Protezzjoni Personali, tfisser it-tagħmir kollu ppjanat biex jintlibes jew jinżamm mill-ħaddiem (ilbies, elmi, goggles) biex jipproteġuh minn periklu wieħed jew aktar minn wieħed li x'aktarx jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassal biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-perikli indirizzati mit-tagħmir protettiv jinkludu periklu fiżiku, elettriku, sħana, sustanzi kimiċi, bijoloġiċi kif ukoll materjal partikolat li jinġarr fl-arja. Il-PPE jrid jintuża meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew imnaqqsa biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew proċeduri tal-organizzazzjoni tax-xogħol. (Sors)
pprovdut jipproteġi lill-ħaddiema esposti kollha u li jkun jiġi sew lill-irġiel u lin-nisa. - Ipprovdi regolariment sorveljanza tas-saħħa.