---> Sistema sensorja

OSH Professional

2: Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha

---> Sistema sensorja

Bidliet fil-vista: kapaċità mnaqqsa biex tara f'dawl baxx, biex tiddistingwi bejn il-kuluri u biex tkejjel id-distanzi u l-veloċità ta' oġġetti li qed jiċċaqalquImpatt potenzjali fuq ix-xogħol
  • Impatt fuq is-sewqan billejl 
  • Implikazzjonijiet fil-każ li ħaddiem irid jaħdem bejn ambjenti tax-xogħol fid-dawl u fid-dlam.
  • Tista' taffettwa l-kapaċità tal-qari ta' materjal stampat, dials u skrins
  • Jista' jkollha impatt fuq il-kapaċità li tagħmel kompiti dettaljati ħafna

Kif tindirizza bidliet permezz tal-immaniġjar tas-sigurtà u s-saħħa

  • Tejjeb il-kuntrast bejn l-oġġetti billi żżid il-livelli tal-illuminazzjoni.
  • Ara li s-sinjali jkunu ċari, viżibbli u jistgħu jinqraw faċilment. 
  • Evita sfumaturi tal-blu, blu fuq l-aħdar jew blu fuq l-iswed f'ambjent tax-xogħol.
  • Installa illuminazzjoni lokali jew illuminazzjoni għall-kompitu li ma jinterferixxix mal-viżwal ta' oħrajn – fejn possibbli agħmel li dan jista' jiġi aġġustat individwalment. 
  • Naqqas il-qawwa tad-dawl tax-xemx permezz ta' tendini u tined
  • Naqqas il-ħtieġa għall-ħaddiema biex jiċċaqalqu bejn ambjenti mdawla u skuri.
  • Ikkunsidra bidliet minn xift ta' binhar għal billejl fil-każ ta' sewqan billejl, pereżempju. 
  • Ipprovdi jew ħeġġeġ testijiet tal-vista regolari.

Bidliet fis-smigħ, inkluż li ma tkunx tista' tisma' sew ħsejjes b'tonalità għolja u l-ħila li ssib is-sors tal-ħsejjes
Impatt potenzjali fuq ix-xogħol

  • Jista' jkollha impatt fuq il-komunikazzjoni inġenerali, fuq il-fehim ta' istruzzjonijiet, u fuq tagħrif dwar perikli fil-viċinanzi, speċjalment f'ambjenti storbjużi.

Kif tindirizza bidliet permezz tal-imaniġjar tas-sigurtà u s-saħħa

  • Ikkontrolla l-istorbju fl-ambjent tax-xogħol
  • Uża materjal tal-kostruzzjoni li jassorbi l-ħsejjes.
  • Evita li toħloq postijiet li għandhom d-diwi.
  • Ipprovdi

    PPE, li tfisser Tagħmir ta' Protezzjoni Personali, tfisser it-tagħmir kollu ppjanat biex jintlibes jew jinżamm mill-ħaddiem (ilbies, elmi, goggles) biex jipproteġuh minn periklu wieħed jew aktar minn wieħed li x'aktarx jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, u kwalunkwe addizzjoni jew aċċessorju mfassal biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-perikli indirizzati mit-tagħmir protettiv jinkludu periklu fiżiku, elettriku, sħana, sustanzi kimiċi, bijoloġiċi kif ukoll materjal partikolat li jinġarr fl-arja. Il-PPE jrid jintuża meta r-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew imnaqqsa biżżejjed b'mezzi tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew proċeduri tal-organizzazzjoni tax-xogħol. (Sors)

    għall-etajiet kollha u ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jilbsu l-

    tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom. 
  • Aċċerta li s-sinjali tal-emerġenza jistgħu jinftiehmu minn kulħadd fuq il-post tax-xogħol; ikkumplimenta sinjali awditorji b'sinjali tal-allarm viżwali jew li jivvibraw.
  • Ipprovdi testijiet tas-smigħ għall-ħaddiema.
  • Għin fix-xiri ta' hearing aids.

Bidliet fil-kontroll tal-bilanċ
Impatt potenzjali fuq ix-xogħol

  • Riskju ogħla ta' waqgħat, żliq u tfixkil. 
  • Implikazzjonijiet għall-pumpiera u nies li jaħdmu fil-qasam tas-salvataġġ. 
  • Implikazzjonijiet għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni u oħrajn li jaħdmu fil-għoli.

Kif tindirizza bidliet permezz tal-imaniġjar tas-sigurtà u s-saħħa

  • Aċċerta li hemm illuminazzjoni xierqa fil-passaġġi kollha.
  • Naddaf dak kollu li jinxtered minnufih, żomm l-art f'kundizzjoni tajba u uża materjal assorbenti biex tevita xi żliq. 
  • Uża kuluri b'kuntrast għoli f'turġien u żoni mhux lixxi. 
  • Qabbel ix-xogħol mal-ħiliet – mhux il-ħaddiema kollha jistgħu jwettqu xogħol fuq slielem u scaffolding
  • Aċċerta li linji gwida u miżuri tas-sigurtà għal xogħol fil-għoli jkunu magħrufa u segwiti.
  • Ipprovdi żraben/bwiez b'qiegħ li ma jiżloqx.