---> Sistema muskoloskeletali (muskoli, għadam, ġogi, ligamenti u għeruq)

OSH Professional

2: Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha

---> Sistema muskoloskeletali (muskoli, għadam, ġogi, ligamenti u għeruq)

Mobilità mnaqqsa u ġogi aktar ebsin, aktar fraġilità tal-għadamImpatt potenzjali fuq ix-xogħol
  • Jista' jkun hemm impatt fuq impjiegi fejn in-nies jużaw firxa wiesgħa ta' movimenti.
  • Impjiegi fejn hemm involut l-immaniġġjar manwali.
  • Riskju akbar ta' korrimenti muskoloskeletali, billi ħaddiema aktar anzjani jistgħu jkunu qed jaħdmu aktar qrib il-livelli massimi tagħhom stess.
  • Riskju miżjud ta' ksur tal-għadam

Kif tindirizza bidliet permezz tal-immaniġjar tas-sigurtà u s-saħħa

  • Identifika fejn il-gruppi jew l-individwi qed ikollhom diffikultajiet. Pereżempju, skopri jekk l-uġigħ u l-iskumdità muskoloskeletali fil-ħaddiema fis-suq tax-xogħol hijiex assoċjata ma' kompiti jew stazzjonijiet tax-xogħol partikolari.
  • Evita xogħol ripetittiv billi tinkorpora r-rotazzjoni tal-impjiegi u tippermetti brejks (qosra) regolari.
  • Evita pożizzjonijiet fissi (li ħaddiema joqogħdu bilqiegħda jew bilwieqfa għal tul ta' ħin).
  • Fassal ix-xogħol biex tippermetti moviment u bidla fil-pożizzjoni. Barra dan, evita tgħawwiġ fit-tul u esiġenzi estremi oħra fuq il-ġogi.
  • Ipprovdi għodod li huma mfassla għall-kompitu u għall-utent.

Tnaqqis fis-saħħa u r-reżistenza tal-muskoli (tnaqqis ta' madwar 20-40% bejn l-etajiet ta' bejn  l-20 u s-60 sena)

Impatt potenzjali fuq ix-xogħol

  • Jista' jkollu implikazzjonijiet għal impjiegi li huma esiġenti fiżikament fejn hemm meħtieġa livelli għoljin ta' saħħa.
  • Impjiegi fejn hemm involut l-immaniġġjar manwali
  • Riskju akbar ta' korrimenti muskoloskeletali, billi ħaddiema aktar anzjani jistgħu jkunu qed jaħdmu aktar qrib il-kapaċità massima tagħhom stess.

Kif tindirizza bidliet permezz tal-immaniġjar tas-sigurtà u s-saħħa

  • Evita pożizzjonijiet fissi (bilqiegħda jew bilwieqfa) u fassal moviment fil-kompiti tax-xogħol. 
  • Evita kompiti li jeħtieġu li jitgħawweġ it-torso waqt l-irfigħ. Aċċerta li l-oġġetti jintrefgħu mil-livell tal-qadd. 
  • Aċċerta li l-attività tax-xogħol titwettaq bejn il-koxxtejn u l-ispalel (biex tevita l-liwi u l-irfigħ).
  • Ikkunsidra għajnuniet għall-irfigħ jew modi oħra biex titnaqqas it-tagħbija.
  • Skeda brejks (qosra) frekwenti.
  • Adatta l-post tax-xogħol biex tippermetti l-moviment effettiv tal-ħaddiema (passaġġ miftuħ, ħażna u għodod aċċessibbli).
  • Ipprovdi għodod li jistgħu jinqabdu sew
  • Ipprovdi għodod b'manku twil biex tnaqqas il-liwi
  • Ipprovdi linji gwida u taħriġ għal: irfigħ, qgħad bilqiegħda u bilwieqfa, liwi u tiġbid.