Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qed tikber fl-età
Obbligu legali
Min iħaddem għandu obbligu legali li jiżgura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f'kull aspett relatat max-xogħol. Dan jinkludi l-assessjar tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u l-adattament tax-xogħol għall-individwu.
Il-liġi tobbliga wkoll lil min iħaddem biex jittrattaw lill-ħaddiema ugwalment u tipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-età jew id-
Ħaddiem diżabbli huwa ħaddiem b'indebolimenti fiżiċi jew mentali li jistgħu jxekklu l-prestazzjoni tax-xogħol. Ħaddiema diżabbli jinkludu persuni b'kundizzjonijiet kroniċi, għal tul ta’ żmien jew anki li jiżviluppaw maż-żmien. (Sors)
.Madankollu, sabiex tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika, il-prinċipju ta' trattament ugwali ma jimpedixxix lil min iħaddem milli jadottaw miżuri speċjali sabiex jimpedixxu jew jikkumpensaw għall-iżvantaġġi marbuta mal-età jew id-
Ħaddiem diżabbli huwa ħaddiem b'indebolimenti fiżiċi jew mentali li jistgħu jxekklu l-prestazzjoni tax-xogħol. Ħaddiema diżabbli jinkludu persuni b'kundizzjonijiet kroniċi, għal tul ta’ żmien jew anki li jiżviluppaw maż-żmien. (Sors)
. Dan jinkludi miżuri biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew huma mmirati biex jippromwovu l-integrazzjoni ta' nies aktar anzjani, jew nies b'diżabbiltajiet fl-ambjent tax-xogħol.L-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Anzjanitá Attiva, mnedija mill-Gvern Malti fl-2013, applikabbli mill-2014 sal-2020, tipproponi ambjenti tax-xogħol li jassiguraw
L-impjegabbiltà tista' tiġi ddefinita bħala "l-kwalità li persuna tista' tiġi impjegata" jew il-"kombinazzjoni ta' fatturi li jippermettu l-aċċess għax-xogħol, il-kapaċità li dan jinżamm u li persuna tipprogredixxi fil-karriera tagħha".
għall-ħaddiema għal tul ħajjithom, aċċess ekwu għal taħriġ, sistemi ta’ taħriġ xierqa għal kull età, sistemi ta’ xogħol individwali u flessibbli, rosters ta’ xiftijiet li jagħtu kas l-età tal-ħaddiema involuti kif ukoll sapport okkupazzjonali minn maniġment informat kif suppost. L-iStrateġija tenfasizza li s-servizzi ta’ guidance li jeżistu għall-ħaddiema akbar fl-età għandhom tendenza li jkunu mfarrdin u sporadiċi. L-iStrateġija għall-Anzjanità Attiva, tidentifika wkoll li hemm vojt fejn jidħlu s-servizzi għall-persuni li l-età tagħhom taqbeż l-età ta’ rtirar statutorja li jixtiequ jerġgħu jirritornaw għax-xogħol jew inkella jimpjegaw ruħhom bħala self employed. Hemm ukoll mankanza ta’ tagħrif fejn għandu x’jaqsam tnaqqis ippjanat ta’ ħinijiet tax-xogħol, minflok tranżizzjoni netta minn ħaddiem attiv għal wieħed irtirat.Kunsidrazzjoni tal-età u d-diversità fl-assessjar tar-riskji\
L-assessjar tar-riskji hija l-qofol ta' immaniġjar effettiva tas-saħħa u s-sigurtà. Meta jitwettqu l-assessjar tar-riskji, huwa importanti li titqies id-diversità tal-]addiema fi-suq tax-xogħol u tingħata attenzjoni speċjali lill-ħaddiema li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli: ħaddiema żgħażagħ, ħaddiema aktar anzjani, persuni b'diżabbiltajiet u nisa.
L-età hija aspett wieħed tad-diversità, u fl-assessjar tar-riskji jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fatturi speċifiċi tar-riskji relatati mal-età. Fil-każ ta' ħaddiema żgħażagħ, ir-riskji jinkludu n-nuqqas ta' esperjenza, u għaIl-ħaddiema aktar anzjani, ir-riskji huma relatati mal-bidliet potenzjali fil-kapaċitajiet funzjonali.
L-individwi jvarjaw sew f'termini ta' saħħa u kundizzjoni fiżika tajba u dawn id-differenzi jiżdiedu mal-età, għaldaqstant ma jridux isiru assunzjonijiet ibbażati biss fuq l-età.
Il-punti ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati b'relazzjoni mal-assessjar tar-riskji huma:
- Li jitwettqu jew jiġu riveduti l-assessjar tar-riskji regolarment;
- Li jiġu kkunsidrati l-kompiti involuti f'impjiegi speċifiċi;
- Li miżuri korrettivi għandhom ikunu bbażati fuq il-kapaċitajiet u r-riskji oġġettivi aktar milli fuq l-età biss; u
- Li jiġu pprovduti regolarment visti tas-saħħa biex jiġu identifikati problemi.
Aktar informazzjoni dwar assessjar tar-riskji sensittiva għall-età hija disponibbli hawn.
Il-perikli li ġejjin, fost oħrajn, jeħtieġu kunsidrazzjoni speċifika fil-każ ta' ħaddiema aktar anzjani:
- Perikli ergonomiċi, bħal movimenti ripetittivi, tqandil manwali, qagħda ħażina u skomda, qagħda statika;
- Xogħol bix-xift
- Ambjenti tax-xogħol sħan, kesħin jew storbjużi, vibrazzjoni; u
- Xogħol fil-għoli.
Kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fil-każ ta' nisa aktar anzjani jinkludu:
- Il-menopawża (b'sintomi bħal għeja, disturbi fl-irqad, fwawar); u
- Responsabbiltajiet relatati mal-care (li jistgħu jaffettwaw lil ħaddiema rġiel u nisa, iżda fil-prattika għandhom tendenza li jaqgħu l-aktar fuq in-nisa. Dmirijiet marbuta mal-care fost il-forza tax-xogħol jiżdiedu mal-età, iżda huma l-aktar komuni fost ħaddiema ta' bejn il-50 u s-64 sena).
Ir-riskji psikosoċjali huma dawk l-aspetti tat-tfassil, l-organizzazzjoni u l-immaniġjar tax-xogħol, hekk ukoll il-kuntest soċjali u ambjentali tagħhom, li jistgħu jkollhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara psikoloġija jew fiżika. Kwistjonijiet bħal stress relatat max-xogħol, vjolenza u fastidju fuq il-post tax-xogħol huma marbuta ma' riskji psikosoċjali. (Sors)
(għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn:- Ħiliet li m'għadhomx jintużaw, nuqqas ta' taħriġ;
- Diskriminazzjoni minħabba età; u
- Bilanċ fqir bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, pereż. minħabba responsabbiltajiet marbuta mal-care.
Matul l-assessjar tar-riskji huwa importanti li:
- Ifil-valutazzjoni;
- Jiġu evalwati l-kompiti tax-xogħol waqt li jkunu qed jitwettqu (u mhux biss jiffukaw fuq it-titli tal-impjiegi), sabiex tinkiseb perspettiva aktar eżatta tal-imġiba attwali u t-tagħbija fiżika u mentali li jesperjenza l-ħaddiem; u
- Jipprovdu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għandhom impatt fuq il-ħaddiema kollha, inklużi l-ħaddiema aktar anzjani.
Barra l-assessjar tar-riskji, is-sorveljanza tas-saħħa tista' tipprovdi informazzjoni utli, billi tista' tindika nuqqasijiet fil-miżuri tal-kontroll fuq il-post tax-xogħol u tgħin biex jinstabu fatturi tar-riskju fi stadju bikri.
L-adattament tal-post tax-xogħol
Abbażi tal-assessjar tar-riskji, min iħaddem jista’ jkun meħtieġ jagħmel aġġustamenti biex iqabblu l-kapaċitajiet li qed jinbidlu u l-istatus tas-saħħa tal-ħaddiema. Il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq riskji oġġettivi u l-kapaċitajiet tal-ħaddiema, aktar milli fuq l-età tagħhom.
Eżempji ta' adattamenti jinkludu:
- L-adattament ta' tagħmir eżistenti jew il-forniment ta' tagħmir ġdid biex jiġu eliminati jew jitnaqqsu t-tqandil manwali, il-movimenti ripetittivi u qawwijin, qagħda ħażina;
- Il-forniment ta’ stazzjonijiet tax-xogħol li jistgħu jiġu aġġustati biex ikunu adatti għall-utenti ta’ kull età li joperawhom;
- Kompiti li jinbidlu b’sistema ta’ rotazzjoni;
- L-awtomatizzazzjoni ta' kompiti ta' rutina jew monotoni;
- It-tibdil tal-iskedi tax-xifts; u
- L-aġġustament tal-illuminazzjoni.
L-adattamenti tal-post tax-xogħol għandhom ikunu proċessi dinamiċi u kontinwi bbażati fuq l-assessjar tar-riskji tul il-karriera ta' persuna. It-tfassil tajjeb tal-post tax-xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol huma ta' benefiċċju għall-ħaddiema tal-etajiet kollha.
Eżempji ta' prassi tajba
Malta qed tesperjenza forza tax-xogħol li qed tikber fl-età. Dan huwa sors ewlieni ta’ tħassib f’materji li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-età avvanzata tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol u s-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol huma żewġ oqsma li bejniethom hemm aktar minn rabta waħda. Sabiex nesperjenzaw żieda fl-għomor tal-ħaddiema, il-postijiet tax-xogħol iridu jkunu aktar sani u aktar siguri. Għaldaqstant, l-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa ta’ importanza ewlenija.Matul l-2014, l-OHSA, f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropeja għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU- OHSA) u l-Unit għall-Anzjanità Attiva, fid-dipartiment Tal-Anzjani u l-Community Care, organizzaw seminar dwar kif timmaniġġja s-saħħa u s-sigurtà fuq il-lant tax-xogħol, fil-perspettiva ta’ forza tax-xogħol li qed tikber fl-età. L-għan ewlieni tas-seminar kien li jdaħħal kultura ta’ prevenzjoni mir-riskji mwaħħda mal-kunċett ta’ anzjanità attiva – xogħol aktar sigur u san f’kull tip ta’ età.
Is-seminar kien okkażjoni biex tiġi mistħarrġa fid-dettall ir-relazzjoni bejn suq tax-xogħol li qed jikber fl-età u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Matul is-seminar, li ġie indirizzat minn bosta kelliema ta’ importanza assoluta flimkien ma’ partners soċjali, saru bosta analiżi fil-fond dwar x’miżuri prattiċi għandhom jittieħdu ħalli s-saħħa u s-sigurtà tindirizza l-problemi tal-anzjanità fost il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Ir-riżultat aħħari ta’ dan kollu kien li ġie mifhum u miftiehem li biex tiżdied is-saħħa u l-għomor tal-ħaddiema, il-post tax-xogħol għandu jkun aktar sigur u san.
Hawn (it-taqsima li jmiss) tista' taqra aktar dwar bidliet relatati mal-età fil-kapaċitajiet funzjonali, l-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom għax-xogħol, u kif dan jista' jiġi indirizzat permezz tal-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali.
Mod ħolistiku kif tħares lejn is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali u l-kunċett tal-
Il-kapaċità għax-xogħol tista' tiġi deskritta bħala l-bilanċ bejn ir-riżorsi tal-individwu u fatturi relatati max-xogħol. Il-kapaċità għax-xogħol hija wkoll influwenzata mill-ambjent barra mix-xogħol. Ir-riżorsi personali jinkludi l-elementi li ġejjin: (1) kapaċitajiet tas-saħħa u funzjonali; (2) kompetenzi u ħiliet; (3) valuri, attitudnijiet u motivazzjoni. Il-fatturi relatati max-xogħol jinkludu l-kontenut tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u tmexxija. (Sors)
Il-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fil-kuntest ta's-suq tax-xogħol li qed jikber fl-età jeħtieġ jingħata ħarsa ħolistika, li jqis fatturi varji li jinfluwenzaw il-kapaċità ta' persuna għax-xogħol. Il-kunċett ta'
Il-kapaċità għax-xogħol tista' tiġi deskritta bħala l-bilanċ bejn ir-riżorsi tal-individwu u fatturi relatati max-xogħol. Il-kapaċità għax-xogħol hija wkoll influwenzata mill-ambjent barra mix-xogħol. Ir-riżorsi personali jinkludi l-elementi li ġejjin: (1) kapaċitajiet tas-saħħa u funzjonali; (2) kompetenzi u ħiliet; (3) valuri, attitudnijiet u motivazzjoni. Il-fatturi relatati max-xogħol jinkludu l-kontenut tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u tmexxija. (Sors)
jirrappreżenta dan. Aqra aktar dwar il-kunċett ta'Il-kapaċità għax-xogħol tista' tiġi deskritta bħala l-bilanċ bejn ir-riżorsi tal-individwu u fatturi relatati max-xogħol. Il-kapaċità għax-xogħol hija wkoll influwenzata mill-ambjent barra mix-xogħol. Ir-riżorsi personali jinkludi l-elementi li ġejjin: (1) kapaċitajiet tas-saħħa u funzjonali; (2) kompetenzi u ħiliet; (3) valuri, attitudnijiet u motivazzjoni. Il-fatturi relatati max-xogħol jinkludu l-kontenut tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u tmexxija. (Sors)
hawn (it-taqsima li jmiss).