Kif nista' ngħin noħloq post tax-xogħol sigur u b'livell ta' saħħa tajba?

Worker

2: Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha

Kif nista' ngħin noħloq post tax-xogħol sigur u b'livell ta' saħħa tajba?

Huwa l-obbligu legali ta’ min iħaddem li jikkonsulta l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom u jħallihom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-mistoqsijiet kollha relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, inkluż, id-dritt tal-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom biex jagħmlu proposti. Ir-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà għandhom id-dritt li jistaqsu lil min iħaddem biex jieħdu miżuri xierqa u biex jissottometti proposti biex jittaffew perikli għall-ħaddiema u biex jitneħħew sorsi ta' periklu. Idealment, għandek tkun involut fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskji u fid-deċiżjonijiet dwar titjib u adattamenti neċessarji. Indikazzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol Il-proċess tal-assessjar tar-riskji joffri lilek u lill-kollegi tiegħek l-opportunità li taqsam l-esperjenzi personali tiegħek dwar: • L-ambjent ta' xogħlok; • Il-mod kif xogħlok huwa organizzat; • Kwalunkwe kwistjoni oħra li tista' teffettwa s-saħħa u s-sigurtà; u • Kif ir-riskji jistgħu jiġu eliminati jew minimizzati. Minbarra li tieħu sehem fil-proċess tal-assessjar tar-riskji, huwa wkoll importanti li taqsam regolarment l-opinjonijiet u l-ideat tiegħek dwar kif il-post tax-xogħol jista' jittejjeb mal-line maniġer jew mar-rappreżentant tal-ħaddiema tiegħek. Biex titgħallem dwar kif l-istil ta' ħajja jinfluwenza s-saħħa, agħti ħarsa lejn it-tema li jmiss.