Prassi tajba
Skema ta' mentoring

Negozjant jimpjega aktar minn 600 impjegat, li 20% minnhom għandhom aktar minn 57 sena. Il-linji tal-produzzjoni jeħtieġu grad għoli ta' speċjalizzazzjoni fil-kompitu, u għalhekk hija spiża kbira biex jitqabbdu u jitħarrġu impjegati ġodda. Sabiex tiġi aċċertata l-kontinwità tal-produzzjoni u jitnaqqas il-moviment tal-ħaddiema, kif ukoll biex jiġi evitat it-tnaqqis ta' ħiliet u esperjenzi prezzjużi, il-kumpanija introduċiet skema ta' mentoring.
Il-kumpanija waqqfet task force biex tiżviluppa kultura ta' ugwaljanza li tkun ibbażata b'mod qawwi fuq programm ta' mentoring. Bil-promozzjoni tal-ugwaljanza fost il-ħaddiema, l-iskema ta' mentoring żgurat li t-trasferiment tal-għarfien għen lill-ħaddiem aktar żgħażagħ biex jagħtu valur lill-esperjenza tal-kollegi tagħhom aktar anzjani. Il-ħaddiema ta' kull età u livell għaldaqstant kienu inklużi u mħeġġa biex jaqsmu t-tagħrif kollu inkluż dak li ma tantx jista’ jiġi spjegat bil-kliem, akkwistat minn esperjenza fuq tul ta’ żmien. Kull min kien involut fil-mentoring tkellem regolarment mal-amministrazzjoni biex jiġi żgurat li l-programm kien qed jissodisfa l-aspettattivi. Il-komunikazzjoni miftuħa kienet importanti speċjalment biex ittejjeb il-moral tal-ħaddiema u l-apprezzament għall-ħiliet u r-rwoli ta' xulxin.
Bis-saħħa ta' din l-iskema, ħaddiema aktar anzjani rrappurtaw kunfidenza fihom nfushom ma' kollegi aktar żgħażagħ u fehim aħjar għaliex il-kompiti kultant kienu assenjati abbażi tal-kapaċità fiżika. B'mod kruċjali, l-introduzzjoni ta' ħinijiet tax-
Permezz tax-xogħol flessibbli, il-ħtiġijiet individwali u tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet fil-ħin (meta), il-lokalità (fejn) u l-manjiera (kif) ta' kif jaħdem impjegat. (Sors)
għal dawk li kellhom aktar minn 55 sena ma ħolqotx atmosfera negattiva fuq ix-xogħol. Ħaddiema aktar żgħażagħ ħassew li tgħallmu ħiliet utli mill-kollegi aktar anzjani, u b'hekk saru aktar effiċjenti u tahom bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. It-titjib tal-ħiliet fil-kumpanija wassal f'aktar mobilità interna (bidliet fir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjieg), filwaqt li għen fiż-żamma tal-ħaddiema u aċċerta kontinwità fl-attivitajiet tal-produzzjoni.