Prassi tajba

L-iżvilupp ta' pjanijiet individwali u mfassla apposta

Organizzazzjoni żgħira li taħdem għall-ġid taż-żgħażagħ, li tipprovdi servizzi ta' appoġġ soċjali għal żgħażagħ bil-problemi, sabet li l-ħaddiema tagħha li kellhom aktar minn 50 sena kienu regolarment assenti jew ma kinux imorru xogħol bis-sick leave fuq żmien fit-tul. F'tentattiv biex iżżomm dawn il-ħaddiema ta’ esperjenza, twaqqaf proġett pilota bil-mira li r-rwoli tagħhom jitfasslu mill-ġdid permezz tal-parteċipazzjoni.

Il-programm kellu fil-mira speċifikament il-ħaddiema li kellhom 50 sena jew aktar li kienu assenti sikwit jew li kienu assenti għal perjodu ta' żmien twil. Il-ħaddiema li vvolontarjaw biex jieħdu sehem kellhom diskussjoni profonda ddettaljata mas-supervisor tagħhom (permezz ta' mudelli żviluppati għal t’apposta) biex jidentifikaw l-aspetti tajbin u ħżiena tar-rwol tagħhom. Flimkien mar-Riżorsi Umani, huma żviluppaw deskrizzjonijiet ġodda tar-rwoli li kienu aktar relatati mal-kapaċitajiet tagħhom u ngħataw taħriġ fuq ix-xogħol. Il-ħaddiema li għoġobhom l-aspett soċjali tar-rwol tagħhom, pereżempju, ħadu rwoli biex jaffaċċjaw il-klijenti, filwaqt li oħrajn iffokaw aktar fuq l-ippjanar jew is-sigurtà. 

Mis-sitt impjegati li ħadu sehem, ħamsa marru lura għax-xogħol fi rwol ġdid li huma fasslu apposta b'koperazzjoni mar-Riżorsi Umani. Barra minn hekk, ir-rati tal-assenza fost il-ħaddiema naqsu bi 48%. Billi l-impjegati kienu qed jiffokaw fuq l-aspetti tal-impjiegi li kienu jogħġbuhom, il-motivazzjoni globali tal-ħaddiema żdiedet b'mod sinjifikanti, kif żdiedet ukoll l-esperjenza tas-servizz mill-klijenti.

Aqra aktar