Prassi tajba

Indirizzar tas-saħħa fiżika

Kumpanija kbira tal-minjieri tal-faħam identifikat rati tal-assenza minħabba mard u problemi muskoloskeletali fost il-ħaddiema tagħha. Il-kumpanija tat bidu għal programm biex titnaqqas l-assenza minħabba mard u l-inċidenza ta' problemi muskoloskeletali (MSDs) permezz ta' prevenzjoni. Kellu wkoll l-għan li jtejjeb is-saħħa tal-ħaddiema b'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u promozzjoni tas-saħħa.

Il-programm kellu fil-mira l-ħaddiema kollha, u fid-dipartimenti kollha, sew jekk fil-minjieri sew ukoll fl-amministrazzjoni. Wieħed mill-elementi tal-progamm kien konsultazzjoni/diskussjoni mal-ħaddiema li marru lura għax-xogħol wara assenza minħabba mard. Din id-diskussjoni kienet immirat li tifhem aħjar il-kawżi relatati max-xogħol fil-każ ta’ assenza minħabba mard, u liema adattamenti jistgħu jkunu meħtieġa u kif setgħu jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-kumpanija implimentat ukoll interventi, taħriġ, coaching u superviżjoni ergonomiċi u psikoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll eżamijiet mediċi preventivi, vaganzi preventivi, btajjel qosra u attivitajiet sportivi. 

Dan il-programm wassal għal prevenzjoni mtejba u biex jinqabad ċertu mard minn kmieni, speċjalment MSDs. Naqqas ukoll il-livell ta' assenteiżmu u n-numru ta' inċidenti.

Aqra aktar