Prassi tajba

Assessjar tar-riskji sensittivi għall-età

Negozju żgħir tal-bjut u s-soqfa kien qed jaffaċċja rati għoljin ta' problemi marbutin mas-saħħa fiżika, minħabba x-xogħol iebes fuq barra. Minħabba li l-ħaddiema tiegħu kienu qed jixjieħu, il-korrimenti u l- fuq żmien fit-tul, regolarment kienu qed iżommu tlieta minn għaxar impjegati d-dar u bis-sick leave. Il-kumpanija rrealizzat li kellha bżonn tindirizza l-problema.

Il-kumpanija ssieħbet ma' università lokali biex twettaq assessjar dettaljat tar-riskji . Ir-riċerkaturi ħadmu mal-kumpanija għal sitt xhur, josservaw il-ħaddiema, janalizzaw l-attivitajiet u proċeduri tax-xogħol. Il-ħaddiema kienu involuti biex jidentifikaw is-soluzzjonijiet. 

Dan l-approċċ parteċipattiv kien tassew ta’ benefiċċju, billi kulħadd qasam ir-responsabbiltà biex titjieb is-sitwazzjoni, u l-università setgħet tipprovdi l-kompetenza esperta biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi. Il-ħaddiema ġew ipprovduti b'tagħmir ġdid biex jitnaqqas l-istrapazz fiżiku u ġew mħarrġa wkoll f'xogħol tal-uffiċċju biex jipprovdu tip alternattiv ta' xogħol biex jitħaffef il-piż tax-xogħol.

Aqra aktar