Prassi tajba

Adattament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol

Fabbrika tal-ħjata li timpjega 3000 ruħ irċeviet ilmenti mill-impjegati dwar ix-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-movimenti kienu ripetittivi u kkawżaw strapazz fl-għajnejn u kien hemm espożizzjoni kontinwa għall-istorbju u l-vibrazzjoni. Minħabba dan, il-kwalità tax-xogħol naqset, u dan wassal għal ilmenti mill-klijenti. Il-kumpanija ddeċidiet li tindirizza l-problemi billi tejbet l-ambjent tax-xogħol.

Il-problemi ġew identifikati permezz ta' assessjar tal-istazzjonijiet tax-xogħol individwali u l-organizzazzjoni tax-xogħol. Il-kumpanija ġabet ukoll konsulent estern biex josserva l-post tax-xogħol u biex jissuġġerixxi metodi aħjar għax-xogħol. Sid il-kumpanija investa f'makkinarju ġdid u aktar sieket u f’dawl aħjar. L-organizzazzjoni tax-xogħol tjiebet biex jitnaqqas l-istrapazz fiżiku. 

Mhux biss naqsu r-rati tal-assenza, iżda l-preċiżjoni u l-kwalità tal-prodotti żdiedet ukoll minħabba t-titjib fid-dawl, u l-ilmenti tal-ħaddiema u tal-klijenti niżlu b'70%.

Aqra aktar