Għaliex l-anzjanità hija rilevanti għax-xogħol?

Worker

1: Ageing and work

Għaliex l-anzjanità hija rilevanti għax-xogħol?

In-nies fl-Ewropa qed jikbru fl-età

Il-popolazzjoni fl-Ewropa qed tikber fl-età: il-proporzjon ta' nies aktar anzjani qed jikber b'pass aktar veloċi mill-gruppi tal-età aktar żgħar. Sal-2080, ser ikun hemm kważi d-doppju ta' persuni fl-età ta' 65 sena u akbar milli hemm issa, u dawn ser jammontaw għal terz tal-popolazzjoni Ewropea.  

Il-graph li ġejja turi kif l-

L-età li taqsam popolazzjoni f'żewġ gruppi numerikament ugwali; jiġifieri, nofs in-nies huma iżgħar minn din l-età u nofs huma akbar. (Sors)

żdiedet matul id-deċennji riċenti u hija mbassra li tkompli tiela'.  

Median age: EU average between 1960 and 2060

L-anzjanità tal-popolazzjoni tmur id f'id mal-anzjanità fis-suq tax-xogħol. Hemm inqas żgħażagħ deħlin f’dan is--suq, filwaqt li qed jikber il-proporzjon ta' nies aktar anzjani (fl-età ta' 55-64 sena) fis-suq tax-xogħol.

Age composition of the working population (1990-2060) 

B'sehem dejjem jiżdied ta' "ħaddiema aktar anzjani", qed isir aktar u aktar importanti biex naħsbu dwar l-anzjanità fuq ix-xogħol, u speċjalment biex nifhmu r-relazzjoni bejn ix-xogħol u l-età. Fi snin riċenti, bosta pajjiżu żiedu l-età tal-irtirar u issa qed ifittxu modi biex jgħinu lin-nies idumu fix-xogħol għal aktar żmien. Numru dejjem jiżdied ta' nies ser ikollhom jaħdmu sakemm ikunu akbar, li jfisser li issa huma importanti aktar minn qatt qabel li jridu jkunu f'saħħithom fuq ix-xogħol.

Aqra aktar dwar l-anzjanità (it-taqsima li jmiss)