Għaliex l-anzjanitá hija rilevanti għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali?

OSH Professional

1: L-Anzjanitá u x-Xogħol

Għaliex l-anzjanitá hija rilevanti għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali?

L-anzjanitá  tal-popolazzjoni fl-Ewropa

Il-popolazzjoni mal-UE kollha ilha tikber fl-etá matul dawn l-aħħar deċennji : tendenza li hija ssettjata biex tkompli u tintensifika. Il-graph li ġejja turi li l-

L-età li taqsam popolazzjoni f'żewġ gruppi numerikament ugwali; jiġifieri, nofs in-nies huma iżgħar minn din l-età u nofs huma akbar. (Sors)

żdiedet b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar deċennji  u hija mbassra li tkompli tiela'.

Median age: EU average between 1960 and 2060

L-anzjanità tal-popolazzjoni tmur id f'id mal-anzjanità fost il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Hemm inqas żgħażagħ deħlin fis-suq tax-xogħol, filwaqt li qed jikber il-proporzjon ta' nies aktar anzjani (fl-età ta' 55-64 sena) fis-suq tax-xogħol.

Age composition of the working population (1990-2060)

Sfidi ġodda għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali

L-anzjanità fost il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol joħloq sfidi ġodda għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: 

  • In-nies ikollhom jaħdmu għal aktar żmien, li potenzjalment dan ifisser espożizzjoni itwal għall-perikli fuq il-post tax-xogħol. Dan huwa fattur ta’ riskju għal bosta problemi tas-saħħa relatati max-xogħol (pereż.

    Mard muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol jirreferi għal problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-muskoli, l-għeruq, il-ligamenti, il-cartilaġni, is-sistema vaskolari, in-nervituri jew tessuti rotob u ġogi oħra tas-sistema muskoloskeletali. MSDs relatati max-xogħol huma assoċjati ma' xogħol ripetittiv u ta' strapazz. Dawn il-problemi tas-saħħa jvarjaw minn skumdità u uġigħ minuri, għal kundizzjonijiet mediċi serji li jistgħu jwasslu għal diżabbiltà permanenti. (Sors)

    ).
  • Billi n-nies qed ikollhom jaħdmu għal aktar żmien, problemi ta'

    Il-biċċa l-kbira tal-mard kroniku fl-Ewropa huwa mard li ma jitteħidx, jiġifieri mard li mhux infettiv u ma jitteħidx bejn il-persuni. Dan il-mard ikollu terminu twil u ġeneralment jipprogredixxi bil-mod. L-erba' tipi ewlenin ta' mard li ma jitteħidx huma mard kardjovaskolari (pereż. attakki tal-qalb), kanċer, mard respiratorju kroniku (pereż. ażma) u dijabete. (Sjors)

    (bħal mard kardjovaskulari, pressjoni tad-demm għolja, kundizzjonijiet respiratorji kroniċi u d-dijabete) se jkunu aktar prevalenti fi ħdan is-suq tax-xogħol. Aqra aktar.

Suq tax-xogħol li qed jikber fl-età u d-dinja tax-xogħol li qed tinbidel

It-teknoloġija u l-globalizzazzjoni bidlu b'mod sinifikanti l-mod kif jaħdmu n-nies u t-tipi ta' riskji li jseħħu fuq il-post tax-xogħol. In-numru ta' persuni li jwettqu Xogħol sedentarju jirreferi għal impjiegi li huma karatterizzati minn moviment minimu u użu baxx tal-enerġija. Ħaddiem li jaħdem xogħol sedentarju hu mitlub minnu li joqgħod bilqiegħda għall-perjodu twil ta' ħin. qed jikber,  il-fatt li toqgħod għal ħin twil bilqiegħda u l-inattività fit-tul iżidu r-riskju għal ħafna problemi tas-saħħa, bħal

Mard muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol jirreferi għal problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-muskoli, l-għeruq, il-ligamenti, il-cartilaġni, is-sistema vaskolari, in-nervituri jew tessuti rotob u ġogi oħra tas-sistema muskoloskeletali. MSDs relatati max-xogħol huma assoċjati ma' xogħol ripetittiv u ta' strapazz. Dawn il-problemi tas-saħħa jvarjaw minn skumdità u uġigħ minuri, għal kundizzjonijiet mediċi serji li jistgħu jwasslu għal diżabbiltà permanenti. (Sors)

, mard kardjovaskulari u xi tipi ta' kanċer. Barra dan,

Ir-riskji psikosoċjali huma dawk l-aspetti tat-tfassil, l-organizzazzjoni u l-immaniġjar tax-xogħol, hekk ukoll il-kuntest soċjali u ambjentali tagħhom, li jistgħu jkollhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara psikoloġija jew fiżika. Kwistjonijiet bħal stress relatat max-xogħol, vjolenza u fastidju fuq il-post tax-xogħol huma marbuta ma' riskji psikosoċjali. (Sors)

huma aktar prevalenti. Dawn il-bidliet, flimkien mal-anzjanità fis-suq tax-xogħol, joħolqu sfidi addizzjonali għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali

Immaniġjar tajjeb tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali tul il-ħajja tax-xogħol, inkluż il-prevenzjoni ta' riskji min-naħa waħda, u min-naħa l-oħra l-adattamenti fuq il-post tax-xogħol biex jaqblu mal-kapaċitajiet funzjonali li qed jinbidlu, , hija kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi msemmija hawn fuq. Hemm meħtieġa informazzjoni imparzjali dwar l-anzjanità u l-impatt tiegħu fuq ix-xogħol għall-immaniġjar effettiv tas-sigurtà u s-saħħa fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ.

L-immaniġġjar ta' persuni li ġejjin minn ġenerazzjonijiet differenti fuq il-post tax-xogħol

Illum aktar minn qatt qabel, l-organizzazzjonijiet jinkludu ħaddiema minn ġenerazzjonijiet differenti bi ħtiġijiet, aspettattivi u kulturi varji, u qed jaffaċċjaw sfidi speċifiċi relatati ma' forza ta' ħaddiema aktar anzjani li dejjem qed tikber. 

L-anzjanità fost il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol u l-isfidi relatati jimplikaw mod ġdid kif għandna nħarsu lejn

L-immaniġjar tal-età tirreferi għad-dimensjonijiet differenti li jippermettu mmaniġjar tar-riżorsi umani fi ħdan organizzazzjonijiet. Dan iseħħ billi jiffukaw direttament  fuq l-anzjanità. Barra dan, b'mod aktar ġenerali, jenfasizzaw fuq il-ġestjoni globali tal-forza tax-xogħol li qed tixjiħ permezz ta' politika pubblika jew negozjar kollettiv. (Sors)

Prinċipji essenzjali fl-immaniġjar tal-età jinkludu:  

  • Enfasi fuq il-prevenzjoni aktar milli soluzzjoni għal problema bħala reazzjoni;
  • Fokus fuq il-ħajja tax-xogħol sħiħa u l-gruppi tal-età kollha, mhux biss ħaddiema aktar anzjani; u
  • Approċċ ħolistiku li jiġbor fih id-dimensjonijiet kollha li jikkontribwixxu għall-immaniġjar effettiv tal-età. 

(Sors)

fuq il-post tax-xogħol. Organizzazzjonijiet li ma japprezzawx l-impatt ta' suq tax-xogħol li qed jikber fl-età u l-ħtieġa li jindirizzaw l-isfidi, jistgħu jkunu qed iqiegħdu fir-riskju l-produttività u l-kompetittività tagħhom. 

Il-immaniġjar tal-età tirreferi għall-immaniġjar tar-riżorsi umani b'fokus partikolari fuq il-bżonnijiet ta' suq tax-xogħol li qed jikber fl-età. L-immaniġjar tal-età hija ħolisitika, interġenerazzjonali u orjentata għal tul il-ħajja. Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jikkostitwixxu parti integrali tal-immaniġjar tal-età: hija waħda mid-dimensjonijiet ewlenin tagħha u hija marbuta mill-qrib ma' elementi oħra tal-immaniġjar tal-età (aqra aktar f'tema 2).

X'għandna bżonn inkunu nafu dwar l-anzjanita? (It-taqsima li jmiss)