Għaliex l-anzjanità fost il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol huwa rilevanti għal min iħaddem?

Employer

1: Ageing and work

Għaliex l-anzjanità fost il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol huwa rilevanti għal min iħaddem?

L-anzjanità tal-popolazzjoni fl-Ewropa

Il-popolazzjoni mal-UE kollha ilha tixjieħ matul id-deċennji riċenti: tendenza li hija ssettjata biex tkompli u tintensifika. Il-graph li ġejja turi li l-

L-età li taqsam popolazzjoni f'żewġ gruppi numerikament ugwali; jiġifieri, nofs in-nies huma iżgħar minn din l-età u nofs huma akbar. (Sors)

żdiedet b'mod sinjifikanti matul id-deċennji riċenti u hija mbassra li se tkompli titla'.

Median age: EU average between 1960 and 2060

L-anzjanità tal-popolazzjoni tmur id f'id mal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol li wkoll qegħdin jikbru fl-età. Hemm inqas żgħażagħ deħlin f’dan is-suq, filwaqt li qed jikber il-proporzjon ta' nies aktar anzjani (fl-età ta' bejn il-55 u s-64 sena) fis-suq tax-xogħol.

Age composition of the working population (1990-2060)

Sfidi ewlenin

Il-bidliet demografiċi deskritti hawn fuq jippreżentaw sfidi ewlenin għall-organizzazzjonijiet, bħal: 

  • Li jattiraw il-ħaddiema żgħażagħ minn suq tax-xogħol li qed jiċkien;
  • Li jżommu l-proporzjon dejjem jikber ta' ħaddiema aktar anzjani bl-esperjenza;
  • Li jadattaw il-postijiet tax-xogħol biex tiġi żgurata l-produttività; u
  • Li jmantnu u jgħollu l-livell tal-għarfien ġenerali u bażi ta' ħiliet.

Il-benefiċċji ta' ħaddiema fis-suq tax-xogħol b'etajiet diversi

Besides challenges, an age-diverse workforce also brings many benefits to the workplace, including:

  • Ħaddiema fis-suq tax-xogħol b'etajiet diversi jgħinu lill-organizzazzjonijiet jadattaw għall-bżonnijiet ta' bażi ta' klijenti ugwalment diversi u l-ħtiġijiet tal-klijenti varji; 
  • Ħaddiema ta' etajiet u sessi differenti joffru diversi perspettivi u talenti;
  • Id-diversità trawwem il-kreattività u l-innovazzjoni, tiffaċilita s-soluzzjoni ta' problemi u tipprovdi opportunitajiet akbar għall-qsim tal-għarfien bejn il-ġenerazzjonijiet; 
  • Organizzazzjonijiet b'ħaddiema  b'etajiet diversi jistgħu jirrispondu aħjar għal ċirkostanzi li jinbidlu malajr billi jimmassimizzaw il-potenzjal tar-riżorsi umani tagħhom; u
  • Ħaddiema tas-swieq tax-xogħol b’etajiet differenti  jtejbu l-prestazzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni. Dan kollu joffri kapaċità akbar biex jiġu mmaniġġjati rwoli u attivitajiet varji.

L-immaniġġjar ta' persuni minn ġenerazzjonijiet differenti fuq il-post tax-xogħol

Illum aktar minn qatt qabel, il-postijiet tax-xogħol jinkludu ħaddiema minn ġenerazzjonijiet differenti kulħadd bl-esperjenzi, il-perspettivi, il-valuri u l-ideat personali tiegħu u bi ħtiġijiet u aspettattivi varji. Skont riċerkaturi fl-imġiba tal-bniedem, gruppi ta' nies ta' età partikolari jiżviluppaw ċerti karatteristiċi komuni bbażati fuq esperjenzi komuni. 

Ikun ta' għajnuna għall-maniġers li jkunu jafu d-differenzi bejn il-ġenerazzjonijiet u li jkollhom fehim aħjar għall-anzjanità u l-bidliet li din timplika, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu tal-ħila u l-potenzjal tal-ġenerazzjonijiet kollha. Aktar minn hekk, huwa ugwalment importanti li l-maniġers juru rispett, rikonoxximent u apprezzament lejn il-gruppi tal-etajiet kollha.

Sabiex jiksbu l-benefiċċji tal-ħaddiema b'etajiet diversi fis-suq tax-xogħol, l-organizzazzjonijiet jeħtieġ li jaddottaw strateġija proattiv biex jimmaniġġjaw l-età. Dan jista' jimplika wkoll bidla fl-istrateġiji tar-riżorsi umani. Organizzazzjonijiet li ma japprezzawx l-impatt ta' suq tax-xogħol li qed jixjieħ u l-ħtieġa li jindirizzaw l-isfidi, jistgħu jkunu qed iqiegħdu fir-riskju l-produttività u l-kompetittività tagħhom.

Aqra aktar dwar l-immaniġġjar ta' postijiet tax-xogħol b'etajiet differenti (tema 2)

X'għandna bżonn inkunu nafu dwarl-anzjanità? (it-taqsima li jmiss)