4: Ritorn għax-xogħol

4
Ritorn għax-xogħol

X'inhu r-rwol tiegħi fil-proċess tar-ritorn għax-xogħol?

Kun af id-drittijiet tiegħek

Min iħaddmek għandu obbligu legali li jittratta lill-ħaddiema kollha ugwalment u biex jipprovdi akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabbiltajiet. Dan ifisser li min iħaddem jrid jieħu miżuri xierqa biex persuna b' diżabbiltà tkun tista' jkollha aċċess għall-impieg u tipparteċipa fih. 

Huwa importani li tkun taf id-drittijiet tiegħek, u biex tiżgura li tkun mgħarraf dwar il-politika dwar ir- ritorn għax-xogħol tal-kumpanija tiegħek fil-każ li tiżviluppa marda jew iġġarrab korriment.

L-importanza tal-koperazzjoni

Ir- ritorn għax-xogħol normalment jinvolvi koperazzjoni bejnek, u bejn min iħaddmek, il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek, u r-rappreżentant tas-saħħa u s-sigurtà. Min iħaddmek għandu jaħdem miegħek u mat-tabib jew professjonista tas-saħħa ieħor tiegħek biex jiżviluppa pjan għal ritorn għax-xogħol abbażi ta' dak li tista' tagħmel. 

Jekk qiegħed fuq sick leave fit-tul, ipprova żomm kuntatt ma’ min iħaddmek mill-bidu nett. Dan jista' jinkludi:

  • Billi tagħmel telefonati jew tibgħat posta elettronika regolari; 
  • Billi titlob li tinżamm aġġornat dwar dak li qed jiġri fuq ix-xogħol; u
  • Billi taqbel dwar liema dettalji tal-marda jew diżabbiltà tiegħek jistgħu jsiru jafu bihom il-kollegi tiegħek u x'għandu jinżamm kunfidenzjali. 

B'mod ġenerali, il-parteċipazzjoni attiva tiegħek fil-proċess tar- ritorn għax-xogħol flimkien ma’ li tibqa' mmotivat biex tmur lura għax-xogħol hekk kif tingħata parir li tagħmel dan, huma fatturi importanti sabiex jirnexxielek tirritorna.

Għal aktar informazzjoni ara dokumenti dwar tahriġ, polisi u liġijiet li japplikaw

Leġiżlazzjoni li tistabbilixxi obbligazzjonijiet legali bażiċi marbutin mas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

L-Att tal-OHSA    

Avviżi Legali

Strateġija Nazzjonali dwar l-Anzjanità Attiva

Active Ageing national policy bil-Malti