1: Ageing and work

1
Ageing and work

X'għandi bżonn inkun naf dwarl-anzjanità?

X'għandi bżonn inkun naf dwarl-anzjanità?

l-anzjanità hija proċess kumpless u kontinwu li jibda mat-twelid u jintemm mal-mewt. Huwa proċess multidimensjonali ta' bidliet bijoloġiċi, psikoloġiċi u soċjali. L-età ta' persuna hija normalment definita fi snin u xhur ( età kronoloġika), iżda hemm ukoll aspetti oħrajn tal-età:

Persuna li għandha 57 sena skont l- età kronoloġika tagħha, tista' tħossha ta' 50 sena ( età psikoloġika), tkun f'kundizzjoni fiżika tajba bħal persuna ta' 45 sena ( età funzjonali) u b'imġiba bħal persuna ta' 40 sena ( età soċjali).

Bidliet li jistgħu jseħħu bl-anzjanità

In-nies jinbidlu meta jkunu qed jikbru fl-età. Attributi bħall-għerf, il-ħsieb strateġiku u l-ħila ta' deliberazzjoni, jiżdiedu jew jidhru għall-ewwel darba bl-età. L-esperjenza tax-xogħol u l-kompetenza esperta jakkumulaw ukoll bl-età. Min-naħa l-oħra, xi kapaċitajiet funzjonali (l-aktar dawk fiżiċi u sensorji), jonqsu bħala riżultat tal-proċess naturali tat-tixjiħ.

Il-bidliet relatati mal-età fil-kapaċitajiet funzjonali mhumiex uniformi billi huma affettwati minn fatturi varji, bħal:

  • Espożizzjonijiet ambjentali, inkluż espożizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol;
  • Predispożizzjoni ġenetika għall-mard;
  • Stil ta' ħajja (nutrizzjoni, attività fiżika, tabakk u alkoħol);
  • Livell edukattiv u status soċjoekonomiku; u
  • Sess

Dan ifisser li jista' jkun hemm differenzi konsiderevoli fil-kapaċitajiet funzjonali bejn individwi tal-istess età kronoloġika.

Bidliet relatati mal-età u r-rilevanza tagħhom għax-xogħol

Bħala parti mill-proċess tal-anzjanità, iseħħu bidliet fil-kapaċità funzjonali (bħal tnaqqis fis-saħħa tal-muskoli, bidliet fil-vista jew traqqiq tal-ġilda), li jistgħu jkollhom impatt fuq ix-xogħol.

It-tema li jmiss tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il-bidliet relatati mal-età u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq ix-xogħol. Hawn issib ukoll ħarsa ġenerali tal-miżuri ta' kontroll li jistgħu jiġu implimentati biex jiġu eliminati jew imminimizzati r-riskji għal ħaddiema aktar anzjani, kif ukoll eżempji ta' prassi li jistgħu jgħinu lill-organizzazzjonijiet biex jindirizzaw il-bidliet relatati mal-età fuq il-post tax-xogħol.