Politiki biex titnaqqas l-assenza minħabba mard u d-diżabbiltà

Lura
Politiki biex titnaqqas l-assenza minħabba mard u d-diżabbiltà
Politiki biex titnaqqas l-assenza minħabba mard u d-diżabbiltà

Minħabba l-ispejjeż sinifikanti assoċjati mal-assenza minħabba mard, il-maniġment xtaq itejjeb s-saħħa ġenerali. Għaraf li l-bidla kellha sseħħ kemm minn kumpanija li tagħti l-appoġġ kif ukoll mill-ħaddiema nfushom. Il-kumpanija involviet lill-ogħla livell ta’ maniġment u l-ħaddiema biex b'mod konġunt joħolqu pjan li kellu fil-mira bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll fl-istil tal-ħajja. Għal ħaddiema li kellhom aktar minn 55 sena, ġie offrut xogħol flessibbli, ħin liberu addizzjonali biex jirkupraw bejn ix-xiftijiet u trasferiment/taħriġ mill-ġdid. Barra dan, fuq il-post tax-xogħol sar monitoraġġ tas-saħħa u seminars relatati mat-tema. 

Il-maniġment ġie mħarreġ ukoll biex jittrattaw kwistjonijiet ma' ħaddiema li jokkupaw l-ogħla gradi. Il-programm naqqas l-assenza minħabba mard u n-numru ta' ħaddiema b'dijanjosi ta' diżabbiltà okkupazzjonali, kif ukoll żied l-età tal-irtirar bi tliet snin. Dawn kienu marbuta ma' persentaġġ ta’ 90% fejn għandu x’jaqsam is-sodisfazzjon tal-ħaddiema.

Aqra aktar