Miżuri ħolistiċi sensibbli għall-età

Lura
Miżuri ħolistiċi sensibbli għall-età
Miżuri ħolistiċi sensibbli għall-età

Il-kumpanija indirizzat il-kwistjonijiet relatati ma'  haddiema li qed jikbru fl-eta’ fis-suq tax-xoghol , filwaqt li għamlet titjib għall-ħaddiema kollha. Waqt li  qieset miżuri ġenerali komplementari tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, bħal valutazzjonijiet tar-riskji regolari, it-twaqqif ta' kumitat tas-saħħa, u l-provvediment ta' eżamijiet mediċi preventivi għall-impjegati kollha, il-kumpanija kkunsidrat b'mod partikolari l-perikli u l-adattamenti għall-ħaddiema aktar anzjani. Fl-istess ħin, tat bidu għal miżuri ta' promozzjoni tas-saħħa, bħal taħditiet dwar kwistjonijiet tas-saħħa, il-provvediment ta' ikliet nutrizzjonalment bilanċjati  fil-canteen tal-ħaddiema u fiżjoterapija għal kull min kellu problemi bid-dahar jew bil-muskoli.  

Il-kumpanija kisbet l-għan tagħha ta' "żero inċidenti": f'Diċembru 2013, il-kumpanija rrappurtat erba' snin mingħajr ebda ħin mitluf relatat ma' korriment. Il-kumpanija estendiet il-programm mal-katina tal-provvista kollha tagħha.

Aqra aktar