Kont taf...?

Il-ħiliet konjittivi, bħall-intelliġenza, l-għarfien, il-lingwa u ħiliet għas-soluzzjoni ta' problemi komplessi x'aktarx li jiżdiedu sal-età ta' 60.
L-avvanz bijoloġiku fl-età huwa assoċjat biss b'mod laxk man-numru ta’ snin li għandha persuna. Xi persuni ta' 80 sena għandhom kapaċitajiet fiżiċi u mentali simili għal bosta persuni ta' 20 sena.
Għalkemm xi wħud mill-varjazzjonijiet fis-saħħa ta' persuni aktar anzjani jirriflettu l-wirt ġenetiku tagħhom, ħafna minnhom huma dovuti għall-ambjenti fiżiċi u soċjali tagħhom, u l-influwenza li dawn l-ambjenti jkollhom fuq l-opportunitajiet u l-imġiba tas-saħħa tagħhom (dieta, attività fiżika, tipjip, konsum ta' alkoħol).
Sal-2060, il-parti tal-popolazzjoni tal-UE li se tkun qed tikber bl-aktar pass mgħaġġel se jkun il-grupp tal-età ta' aktar minn 80 sena.
Fl-Ewropa, it-tul ta’ ħajja mistenni mat-twelid bħalissa hija l-ogħla fi Spanja (83.2 sena), l-Italja (82.9 sena) u Ċipru (82.5 sena). F'Malta, in-nies jistgħu jistennew li jqattgħu l-akbar parti ta' ħajjithom f'saħħa tajba (72.7 sena għan-nisa u 71.6 sena għall-irġiel).
Fl-età ta' 88 sena, Michelangelo ħoloq il-pjanti arkitetturali għall-Knisja ta' Santa Maria degli Angeli f'Ruma.
close
Sors
  • Milieu: WP1 State-of-the-Art-Review for Safer and Healthier Work at Any Age, 2015;
  • Eurobarometer: Active Ageing Report, 2012;
  • ESF Age: EAF Age Network Working Group I Report: Good Practice Examples on Sustainable Employability and Workability drawn from across Europe, 2012;
  • European Commision: Population ageing in Europe - -Facts, implications and policies, 2014;
  • J.O. Crawford et al.: The Health Safety and Health promotion Needs of Older Workers, 2010.