Kont taf...?

Hija aktar probabbli li ħaddiema aktar żgħażagħ jkollhom inċident, iżda ħaddiema aktar anzjani jista' jkollhom korrimenti serji u inċidenti fatali.
FL-2014, l-ogħla rati ta' impjieg ta' persuni fl-età bejn 55 u 64 sena fl-UE jinstabu fl-Iżvezja (74.0%), segwita mill-Ġermanja (65.5%) u l-Estonja (64.0%).
Matul il-50 sena li ġejjin, il-popolazzjoni Ewropea fl-età tax-xogħol hija mistennija li tonqos bi kważi 42 miljun (li hija ekwivalenti għal kważi l-popolazzjoni sħiħa ta' Spanja).
L-aktar affarijiet diffiċli li jridu jaffaċċjaw il-ħaddiema li għandhom aktar minn 55 sena fl-Ewropa huma l-esklużjoni minn taħriġ, sterjotipar negattiv fost il-kollegi aktar żgħażagħ, u nuqqas ta' opportunitajiet għal irtirar gradwali.
Kważi 1 minn kull 5 ħaddiema li għandhom aktar minn 50 sena ma jemmnux li jistgħu jagħmlu l-istess xogħol meta jkollhom 60 sena.
Madwar 60% tal-persuni li għandhom aktar minn 50 sena jħossuhom f'kundizzjoni fiżika tajba bħalma dejjem kienu.
close
Sors
  • Milieu: WP1 State-of-the-Art-Review for Safer and Healthier Work at Any Age, 2015;
  • Eurobarometer: Active Ageing Report, 2012;
  • ESF Age: EAF Age Network Working Group I Report: Good Practice Examples on Sustainable Employability and Workability drawn from across Europe, 2012;
  • European Commision: Population ageing in Europe - -Facts, implications and policies, 2014;
  • J.O. Crawford et al.: The Health Safety and Health promotion Needs of Older Workers, 2010.