3: Postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

3
Postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa

Kif jistgħu l-postijiet tax-xogħol jippromwovu s-saħħa?

Kif spjegat fit-tema preċedenti, min iħaddmek huwa obbligat li jipprovdilek ambjent tax-xogħol sigur u b'livell ta' saħħa tajba. Iżda min iħaddem jistgħu jipprovdu aktar minn dan u jindirizzaw is-saħħa b'mod usa', permezz tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Dan ifisser, b'mod sempliċi, li jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħa tajba billi jipprovdu ambjent tax-xogħol li jippromwovi s-saħħa u kundizzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għas-saħħa. 

Eżempji ta' kif min iħaddem jista’ jippromwovi s-saħħa huma: 

  • Billi jipprovdu edukazzjoni dwar is-saħħa, taħriġ dwar suġġetti relatati mas-saħħa;
  • Billi joffru skrinjar tas-saħħa;
  • Billi jiżguraw bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, pereż. billi jippermettu arranġamenti tax- xogħol flessibbli bħal xogħol mid-dar (teleworking);
  • Billi jippromwovu dieta sana, pereż. billi jipprovdu għażliet tal-ikel sani fil-canteen;
  • Billi jippromwovu l-attività fiżika, pereż. billi jinstallaw xawers biex tkun tista' tmur ġirja waqt il-break ta' nofsinhar, jew billi joffru assistenza finanzjarja għal attivitajiet rikreattivi;
  • Billi jippromwovu l-iżvilupp professjonali; u
  • Billi jorganizzaw taħriġ fuq il-ġestjoni tal-ħin.  

Għandek xi ideat dwar modi kif min iħaddmek  jista' jgħinek tibqa' f'saħħtek? Għaliex ma taqsamhomx miegħu u tinkoraġġih  biex jimplimenta programm tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol?

X'nista' nagħmel biex nikber fl-età b'mod li nibqa' f'saħħti? (It-taqsima li jmiss)

Eżempji ta' programmi ta' promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol