4: Ritorn għax-xogħol

4
Ritorn għax-xogħol

Kif jista' x-xogħol jgħinni nirkupra?

Ix-xogħol jista' jgħin l-irkupru 

Jekk qed tirkupra minn problema tas-saħħa jew korriment, tista' tibbenefika jekk tirritorna għax-xogħol hekk kif ikun possibbli għalik biex tagħmel dan fiżikament u b'mod sigur. Ix-xogħol jista' jkun terapewtiku u jista' jappoġġjak fl-irkupru tiegħek. Barra minn hekk, aktar ma ddum barra mix-xogħol, aktar ser issibha diffiċli biex tmur lura, kemm fiżikament u mentalment, u jogħlew iċ-ċansijiet li tiżviluppa inkapaċità fuq żmien fit-tul.

Il-proċess tar- ritorn għax-xogħol

"Programm tar- ritorn għax-xogħol" huwa proċess li jqiegħed fil-prattika l-kunċett li xogħol importanti u sigur huwa parti mill-proċess tal-irkupru. Dan jinvolvi bosta atturi u int għandek rwol ewlieni fih.

L-għan primarju ta' programm tar- ritorn għax-xogħol huwa biex int tmur lura għall-impjieg oriġinali tiegħek. Madankollu, mhux dejjem possibbli li tagħmel l-istess kompiti u responsabbiltajiet matul il-perjodu tal-irkupru.  Min iħaddem  għaldaqstant jista' jeħtieġ li jagħmel aġġustamenti raġonevoli fuq il-post tax-xogħol tiegħek jew fil-kundizzjonijiet tax-xogħol biex jgħinek tibqa' fix-xogħol. Dawn l-aġġustamenti jistgħu jkunu:

  • Adattamenti fl-istazzjon tax-xogħol;
  • Għajnuniet tekniċi;
  • Ritorn għax-xogħol gradwali (pereż. sigħat tax- xogħol flessibbli jew part-time);
  • Ħin liberu għal trattament mediku jew counselling; 
  • Tqassim mill-ġdid tal-kompiti (pereż. ħaddiem ieħor jiġi allokat xi kompiti li int ma tistax tagħmel aktar b'mod faċli); u
  • Tfassil mill-ġdid tal-impjieg

X'inhu r-rwol tiegħi fil-proċess tar- ritorn għax-xogħol? (it-taqsima li jmiss)