Prassi tajba

Aqra aktar
Ixxerja
Organizzazzjoni żgħira li taħdem għall-ġid taż-żgħażagħ, li tipprovdi servizzi ta' appoġġ soċjali għal żgħażagħ bil-problemi, sabet li l-ħaddiema tagħha li kellhom aktar minn 50 sena kienu regolarment assenti jew ma kinux imorru xogħol bis-sick leave fuq żmien fit-tul. F'tentattiv biex iżżomm dawn il-ħaddiema ta’ esperjenza, twaqqaf proġett pilota bil-mira li r-rwoli tagħhom jitfasslu mill-ġdid permezz tal-parteċipazzjoni.
Kumpanija kbira tal-minjieri tal-faħam identifikat rati tal-assenza minħabba mard u problemi muskoloskeletali fost il-ħaddiema tagħha. Il-kumpanija tat bidu għal programm biex titnaqqas l-assenza minħabba mard u l-inċidenza ta' problemi muskoloskeletali (MSDs) permezz ta' prevenzjoni. Kellu wkoll l-għan li jtejjeb is-saħħa tal-ħaddiema b'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u promozzjoni tas-saħħa.
Organizzazzjoni żgħira li toffri servizzi ta’ appoġġ familjari għandha ħaddiema nisa biss li kienu qed ibatu minn livell sinjifikanti ta' stress u meqruda bix-xogħol minħabba l-esiġenzi emozzjonali għoljin li joħloq xogħol bħal dan. Kellhom bżonn isibu mod biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħalli jitnaqqas il-bdil kontinwu tal-ħaddiema.
Kumpanija tas-servizzi tal-ajruporti għandha 500 impjegat, fejn nofshom jaħdmu bix-xift. Fi snin riċenti, il-kumpanija identifikat problema dejjem tikber fejn tidħol l-assenza minħabba mard u bid- diżabbiltà okkupazzjonali. Tat bidu għal programm biex itejjeb il-saħħa ġenerali u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema billi ħadet ħarset lejn il-kwalità tal-ħajja fit-tul.
Kumpanija multinazzjonali kbira tat bidu għal programm għall-promozzjoni tas-saħħa biex jinħolqu postijiet tax-xogħol b'livelli ta' saħħa aħjar għall-etajiet kollha. Għarfet li l-ħaddiema kienu mmotivati b'affarijiet differenti u ppjanat li toħloq programm b'xi ħaġa għal kulħadd.
Kumpanija tas-siment timpjega 200 ħaddiem, fejn kważi terz minnhom għandhom aktar minn 50 sena. Billi ħaddiema aktar anzjani huma f'riskju ogħla ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol, il-kumpanja xtaqet tara li x-xogħol ikollu livelli ta' saħħa aħjar u jkun aktar sigur għal kulħadd.