Il-parti organizzazzjonali tal-Aġenzija fdata bl-ipproċessar tad-dejta personali

Andrew Smith, Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni

L-għan tal-ipproċessar

L-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar huwa l-ħolqien tal-kont tiegħek. L-indirizz elettroniku u l-isem ippreżentati jinħażnu fis-servers tagħna li jinsabu fit-territorju tal-UE.

 

Tip ta’ dejta pproċessata

Isem u kunjom

Indirizz elettroniku

 

Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u emendi sussegwenti.

 

Legalità tal-ipproċessar

L-ipproċessar huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (minn hawn 'il quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

 

Reċipjenti tad-dejta

L-aċċess għad-dejta personali, minn nies oħra għajr is-sieħeb innifsu, jingħata fuq il-bażi tar-rwol u r-responsabbiltajiet tas-suġġetti involuti (il-prinċipju ta’ “ħtieġa għal tagħrif”):

  • Persunal tal-EU-OSHA debitament maħtur
  • Fornitur estern li jospita u jżomm is-server tal-EU-OSHA
  • Is-Servizz Legali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-Ombudsman Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern, jekk applikabbli.

Huma biss il-kollaboraturi, il-kuntratturi u l-persunal tal-Aġenzija li għandhom permess jilloggjaw, għall-finijiet biss ta’ xogħol fuq il-websajt

Ir-reċipjenti kollha msemmija hawn fuq huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data. L-EU-OSHA mhux se tiżvela d-dejta personali lil partijiet terzi. L-EU-OSHA mhux se tiddivulga d-dejta personali għall-kummerċjalizzazzjoni diretta għal finijiet kummerċjali.

 

Cookies

Il-websajt tal-EU-OSHA ma tiġborx statistika minn utenti lloggjati. Madankollu, il-websajt tistabbilixxi cookies temporanji tas-sessjoni kull meta żżur is-sit. Dawn jitħassru meta tagħlaq is-sessjoni tal-brawżer tiegħek. Meta tilloggja, jistgħu jiġu stabbiliti iżjed cookies, biex inti tevita li tittajpja l-isem tal-utent tiegħek (jew b’mod mhux obbligatorju l-password) meta terġa’ żżur is-sit. Dawn idumu sa 30 ġurnata. Inti tista’ tħassar dawn il-cookies wara li tużahom jekk tkun qed tuża magna pubblika u ma tkunx tixtieq tesponi l-isem tal-utent tiegħek lil utenti futuri li jużaw dik il-magna. (Jekk inhu hekk, ħassar ukoll il-cache tal-brawżer). Il-cookies ma fihomx informazzjoni personali dwarek u ma jistgħux jintużaw biex jidentifikaw utent individwali.

Din il-websajt tuża Piwik, softwer li jiġġenera statistika tal-web, li huwa kompletament ospitat fis-servers tal-EU-OSHA, li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Piwik jaħżen il-cookies fil-kompjuter tiegħek, iżda ma tinġabar l-ebda dejta personali. L-ID anonima tippermetti li Piwik jidentifika s-sessjoni tiegħek, iżda din l-ID ma tfisser xejn għal ħaddieħor, u ma tistax tintuża biex tidentifika utent individwali.

Jekk ma tixtieqx li l-EU-OSHA tintraċċa l-attività tiegħek permezz ta’ Piwik, inti tista’ tagħżel l-esklużjoni mill-Piwik billi tikklikkja fil-kaxxa t’hawn taħt.

Din il-websajt tuża, ukoll, Google Analytics, servizz ta’ analitika tal-web ipprovdut minn Google, Inc. (‘Google’). Google Analytics juża ‘cookies’, li huma fajls bit- test imqiegħda fuq il-kompjuter tiegħek, biex jgħinu lill-EU-OSHA tanalizza kif l-utenti jużaw il-websajt.

L-informazzjoni ġġenerata mill-cookie dwar l-użu tiegħek tal-websajt (l-ebda dejta personali ma tinġabar) tiġi trażmessa lejn u maħżuna minn Google fuq servers fl-Istati Uniti. Google juża din l-informazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-użu tiegħek tal-websajt, billi jiġbor rapporti dwar l-attività fuq il-websajt għall-operaturi tal-websajt u jipprovdi servizzi oħra relatati mal-attività fuq il-websajt u l-użu tal-internet.

Google jista’ jittrasferi wkoll din l-informazzjoni lil partijiet terzi fejn hu meħtieġ li jagħmel dan bil-liġi, jew meta dawn il-partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f’isem Google. Google m’għandux jassoċja l-indirizz tal-IP tiegħek ma’ kwalunkwe dejta oħra miżmuma minn Google.

Inti tista’ tirrifjuta l-użu tal-cookies billi tagħżel il-konfigurazzjonijiet xierqa fuq il-brawżer tiegħek, madankollu jekk jogħġbok innota li jekk tagħmel dan jista’ jkun li ma tkunx tista’ tuża l-funzjonalità sħiħa ta’ din il-websajt. Meta tuża din il-websajt, inti tagħti l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tad-dejta dwarek minn Google bil-mod u għall-finijiet stabbiliti hawn fuq.

Il-cookies ma fihomx informazzjoni personali dwarek u ma jistgħux jintużaw biex jidentifikaw utent individwali.

Jekk ma tixtieqx l-intraċċar minn Google Analytics, tista’ tuża għodod tal-brawżer ta’ Google biex ma jsirx dan.

Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt għal aċċess, rettifika u mblukkar tal-informazzjoni tagħhom (fil-każ ta’ ineżattezza tad-dejta), li jitolbu l-kanċellazzjoni tagħhom u joġġezzjonaw dwar l-ipproċessar tagħhom fil-każijiet previsti fl-Artikoli 13,14,15, 16 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti rigward il-ġbir, l-ipproċessar jew l-użu tad-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: information@osha.europa.eu, billi fis-suġġett tinkludi l-kliem “protezzjoni tad-dejta”.

Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ konservazzjoni tad-dejta

Id-dejta tinżamm mill-Aġenzija sakemm ikun meħtieġ għall-ħolqien ta’ rapporti ta’ statistika anonimi.

Miżuri ta’ sigurtà

Aħna nieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa biex nipproteġu kontra l-aċċess mhux awtorizzat jew il-bdil, il-kxif jew id-distruzzjoni tad-dejta mhux awtorizzati. Dawn jinkludu reviżjonijiet interni tal-prattiki tal-ġbir, il-ħżin u l-ipproċessar tad-dejta u tal-miżuri ta’ sigurtà tagħna, inkluż il-kriptaġġ xieraq tal-komunikazzjoni u miżuri ta’ sigurtà fiżika bħala protezzjoni kontra l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistemi fejn naħżnu d-dejta personali.

Talba għall-informazzjoni

Għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rigward l-immaniġġjar tad-dejta personali tagħhom, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-EU-OSHA fuq: dpo@osha.europa.eu.

Rikors quddiem il-KEPD

Is-suġġetti tad-dejta huma intitolati jagħmlu rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: http://www.edps.europa.eu, jekk iqisu li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.